Il-Battalja ta’ Lepanto u r-Rużarju


Kien fis-7 ta’ Ottubru 1571 meta saret il-battalja ta’ LEPANTO. L-istorja ta’ din il-battalja tfakkarna kemm hi ħaġa sabiħa li nitolbu lill-Madonna ngħidu r-RUŻARJU. Kienet rebħa li ġrat fuq il-baħar  – tal-Insara fuq l-Ottomani. L-Ottomani kienu n-nies tal-Imperu Ottoman li beda fit-Turkija madwar 800 sena ilu u rebħu ħafna pajjiżi, fl-Ewropa.

lepanto

Ir-rebħa f’din il-battalja tagħtina l-kunfidenza li jkollna bżonn f’waqtiet ta’ periklu  u ta’ tbatija. Ġrat wara li San Piju V kien magħżul bħala l-Papa l-ġdid. F’dan iż-żmien il-Knisja Nisranija kellha quddiemha forsi l-ikbar perikli fl-istorja kollha tagħha minħabba gwerer twal. L-agħar gwerer kienu kontra dawk li kienu jsegwu lil Mohammed, li beda r-reliġjon Musulmana. Il-papa Piju V u dawk ta’ madwaru kienu jafu li l-Ottomani resqin lejn il-Mediterran u se jieħdu artijiet fl-Ewropa ta’ Isfel. L-Ottomani kienu jattakkaw bi flotta Torka, u bħala l-ewwel miri tagħhom kellhom l-Italja – l-aktar Ruma.

Ħadd ma seta jieqaf lil dawn il-ġellieda u ma kienx hemm pajjiżi li setgħu jgħinu biex jiddefendu l-Ewropa tal-Mediterran. Dtal-Ewropa ta’ Fuq ma ridux jgħinu lill-Knisja. Franza l-aktar li daħlet fil-gwerra kontra l-Ottomani. Il-pajjiżi l-oħra raw  li n-newtralità hi l-aħjar, hekk kif it-Torok invadew parti kbira mill-artijiet tagħhom fil-Wied tax-Xmara Danubju. Spanja, Ġenova u Venezja biss kellhom ir-riżorsi biex jirreżistu, imma dawn kienu jobogħdu u ma jafdawx lil xulxin.

St._Pius_V.jpgIl-Papa Piju V talab il-grazzja t’Alla. Ta’ mexxej għaqli għamel alleanza ta’ flotta ta’ iktar minn 200 xini. It-tliet ammiralli tal-flotta Nisranija kienu Don Juan, Marcantonio Colonna u Sebastiano Vernier. Bil-ħila tiegħu ta’ mexxej, mhux biss żammhom magħqudin imma kkonvinċiehom biex jattakkaw lill-għadu li kien qed jinvadi l-Ewropa.

L-Arċisqof tal-Messiku kellu kopja tax-xbieha tal-Madonna ta’ Guadalupe (tal-Messiku) u bagħatha lir-re ta’ Spanja Filippu II. Dan taha lil Andrea Doria, wieħed mit-tliet ammiralli tal-flotta Nisranija. Żammha fil-kabina tiegħu. Meta l-ARMADA ħarġet u attakkat, filgħodu tas-7 ta’ Ottubru 1571, l-istandard tal-Madonna ta’ Guadalupe kien qed jittajjar fuq l-arblu tax-xini ta’ DON JUAN. Dakinhar il-preżenza tal-Madonna kienet qed tinħass permezz tar-Rużarju.

Il-Papa Piju V, li kien mill-Ordni Dumnikana għamel dak li l-Insara dejjem għamlu fi żmien ta’ periklu kbir: li jintefa’ fi ħdan l-Omm setgħana tal-Insara,  Marija. Bħala iben ta’ San Duminku, kien jaf kemm jiswa li wieħed jirrikorri għand il-Madonna permezz tar-Ruzarju.

rosaryIl-bastimenti tal-Insara u tat-Torok f’taqbida ħarxa. Il-Papa ordna li l-monasteri u l-kunventi kollha ta’ Ruma jżidu t-talb tagħhom minħabba l-battalja li kienet ġejja. Organizza puċissjonijiet u għalkemm kien marid ħafna, huwa ħa sehem f’waħda mill-purċissjonijiet. Hekk kif il-flotta Nisranija baħħret lejn dik Ottomana, ġiet ċelebrata l-Quddiesa u ntqal ir-Rużarju kuljum fuq kull bastiment. Dan it-talb bil-qalb għall-għajnuna wassal għal telfa kbira tal-Ottomani f’Lepanto u waqqaf il-ħakma tagħhom fil-Mediterran. Fil-ħin tar-rebħa, il-Papa Piju V, li kien mijiet ta’ mili ‘l bogħod, fil-Vatikan, resaq lejn it-tieqa u b’ferħ kbir għajjat: “Il-flotta Nisranija rebħet!” U bid-dmugħ f’għajnejh radd ħajr lil Alla.

Nibdew ngħidu iktar spiss ir-Rużarju u ngħiduh bil-qalb.

Kitba ta’ Joe Galea