Il-Kardinal mill-Gwinea, Robert Sarah, prefett tal-Kongregazzjoni għall-Qima Divina u s-Sagramenti, qal li dawk li qed ipinġuh bħala opponent għall-Papa Franġisku qed jiġu użati mix-xitan biex issir firda fil-Knisja.
Il-Kardinal kompla jgħid li l-verità hi li l-Knisja hi rappreżentata fuq l-art mill-vigarju ta’ Kristu, li hu l-Papa. Il-providenza t’Alla tagħżel kull Papa bl-aħjar mod għaż-żmien li jkun. Il-Kardinal fakkar li l-istorja tal-Knisja hi sabiħa u hu normali għall-Knisja li tgħaddi minn diffikultajiet u firdiet, imma kull Nisrani hu msejjaħ biex ifittex l-għaqda fi Kristu.
Rapport ta’ Joe Galea