Ħolmot bit-tarbija li kienet abortiet 10 snin qabel


Fi ktieb publikat ftit tal-ġimgħat ilu minn Dr Patrick Theillier li għamel żmien imexxi l-Uffiċċju ta’ Ossevazzjonijiet Mediċi fis-Santwarju ta’ Lourdes, dehret ix-xhieda kommoventi li kien irċieva minn għand mara li kienet wettqet abort.

boy.jpg
Mill-film, Heaven is for real

Qaltu li hija kellha żewġ ulied, wieħed twieled fl-1974 u li miet ta’ għaxar snin, u l-ieħor twieled fl-1977.  Meta hija kellha 33 sena, reġgħet ħarġet tqila b’tarbija oħra, imma għal għadd ta’ raġunijiet ma xtaqitx tkompli t-tqala tagħha u għalhekk f’Diċembru 1982 għamlet abort.  Stqarret, “Qatt ma kont rrealizzajt li dak li kont qed inġorr fija kienet tarbija tassew.”

 

Għaxar snin wara, meta kont insejt kważi għal kollox dak li kont għamilt, il-Mulej urieni din it-tarbija f’ħolma.

Ħlomt li kont bħal qed nifflowtja fl-ajru, meta ġejt wiċċ imb’wicc ma’ tfajjel seren li kien jixbaħ ħafna lit-tieni tifel tiegħi. Qalli li kien ibni, u li kien jismu, Camille. Kellu madwar 10 snin, eżatti kemm kien ikollu kieku kien għadu ħaj.  Maġenbu kellu tifel ieħor li dar fuqu u staqsieh, “Mhux qiegħed twallah fiha li qatlitek?”  Imma Camille wieġbu, “Le, ħfirtilha.”

Imbagħad, din il-mara kompliet tgħid lit-tabib, “Illum irrid nixhed ma’ kulħadd li t-tarbija tassew teżisti sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha!”