Lajċi mistiedna għall-Assemblea tal-Isqfijiet f’Lourdes


Għall-ewwel darba, l-Assemblea tal-Isqfijiet Franċiżi qed tkun miftuħa għal persuni li mhumiex Isqfijiet. L-Assemblea qed tiltaqa’ f’Lourdes fil-5 u s-6 ta’ Novembru 2019.

Assemblea Isqfijiet Lourdes Nov 2019.jpgHi fuq “It-Trasformazzjoni Ekoloġika”, tema fuq il-linji tal-Laudato Si’. Mons. Eric de Moulins-Beaufort, il-president tal-Konferenza tal-Isqfijiet Franċiżi stieden lil kull Isqof biex flimkien miegħu jattendu għall-Assemblea żewġ persuni li huma mgħammdin, lajċi, konsagrati, djakni jew saċerdoti, li jixtiequ jirriflettu fuq il-futur tal-ħidma pastorali fid-djoċesi tagħhom.

https://novenanews.com/france-bishops-listen-laity-environment-synodal-exercise/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea