Ara Marija, il-lejla ħiemda,
bil-qamar jiddi, fuq Betlem fqira.
Twajjeb Ġużeppi, għajjien bil-mixja,
titlob bil-ħniena, kamra għal Marija.
Ara Marija, il-kwiekeb fis-sema,
jittawlu ‘l isfel, mis-sħab bajdani,
jaraw il-ġrajja, ta’ kif Marija,
se tagħti d-dinja, ‘il Binha tarbija.
U sabu kenn, f’daqsxejn ta’ grotta;
Il-ħarsa ta’ Marija imtliet bil-poeżija.
It-tiben tal-maxtura sar jilma’ bis-sbuħija,
għax twieled Ġesu’!
Jittajru fil-kampanlja
ġew l-anġli jgħannu glorja
liċ-ċkejken Sid l-umanita’
Ara Marija, il-lejla ħiemda,…
Titkanta fuq: Guarda Maria
Mużika: Angelo Di Mario
Kliem bil-Malti ta’ Joe Galea