Ħa s-saħħa minn Ġesù u Marija f’10 snin f’ħabs komunista


Il-Papa Franġisku, nhar il-5 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet, ħatar bħala Kardinal lill-Arċisqof Emeritu mill-Litwanja Sigitas Tamkevicius. Bħala Saċerdot fil-Litwania, Sigitas Tamkevicus kellu sehem attiv fi żmien il-persekuzzjoni Komunista.

unnamed
Kardinal Sigitas Tamkevicius mill-Litwanja, 10 snin f’ħab komunista.

Kien arrestat mill-KG fl-1983 u kundannat għal 10 snin ħabs b’xogħol iebes, xi snin minnhom fis-Siberja. Kienu l-Quddiesa u l-Verġni Marija li żammewh sod fil-fidi. Kien jitlob ħafna u seta’ jiċċelebra l-Ewkaristija bil-moħbi. Kien iqaddes bl-ikbar kura u mħabba. Kien sorpriż meta rċieva l-ħatra ta’ Kardinal mill-Papa Franġisku u stqarr li l-ġest tal-Papa kien sinjal biex tinġibed l-attenzjoni lejn il-Knisja kollha li sofriet fis-snin tal-ħakma Komunista. Il-Kardinal Tamkevicius qal ukoll li l-Knisja fil-Litwanja tista’ tkun ta’ eżempju qawwi għall-Knisja kollha għax baqgħet iżżomm il-Fidi tul il-50 sena ta’ ħakma Komunista.

https://mail.google.com/mail/u/0/#inbox/FMfcgxwGCbGsjtfTFFqLThZKNPtwzQzp

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.