Illum il-Knisja tfakkar lil San Berardu u sħabu


Fis-16 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil San Berardu u sħabu, Martri tal-Marokk li ħadu l-martirju fis-sena 1220.

San Franġisk t’Assisi kien iħoss li Alla ried minnu mhux biss il-perfezzjoni tiegħu u tal-patrijiet tiegħu, imma wkoll is-salvazzjoni tal-bnedmin l-oħra. Kien iħoss xewqa kbira li jikkonverti lill-Musulmani, li l-avvanz tagħhom fil-pajjiżi ewropej kien ukoll qed jhedded ir-reliġjon nisranija.

Waqt li flimkien ma’ kumpann mar lejn l-Orjent biex ikellem lis-sultan Musulman, Franġisk bagħat sitt patrijiet biex jippriedkaw lill-Musulmani tal-Punent. Dawn kienu: Vitale, Berardu, Pietru, Akkursju, Adjutu u Ottone. Fi triqthom, Vitale, li kien is-superjur tal-grupp, marad serjament fi Spanja, u sħabu komplew triqthom taħt il-gwida ta’ Berardu.

F’Sivilja, fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, li kienet maħkuma mill-Misilmin, il-patrijiet bdew jippriedkaw bla biża’ fil-moskea, li s-salvazzjoni tinsab biss fil-fidi fi Kristu. Il-mexxej musulman, inkurlat għall-aħħar, ordna li jaqtgħulhom rashom dak il-ħin stess. Imma wara tħallew jaqsmu l-baħar u jmorru l-Marokk. Il-patrijiet laqgħu b’ferħ din id-deċiżjoni għax issa kienu se jkunu fost poplu kollu kemm hu musulman.

Hekk kif waslu, Berardu, li kien jitkellem tajjeb l-ilsien Għarbi, beda mill-ewwel jitkellem man-nies fuq Kristu. Jum minnhom, meta raw lir-re Miramolin imdawwar bin-nies tiegħu, Berardu reġa’ beda jitkellem fuq it-tagħlim ta’ Kristu u sejjaħ lil Mawmettu bħala impustur. Ir-re ordna li Bernardu u sħabu jitkeċċew mill-pajjiż, imma rnexxielhom jiżgiċċaw lill-gwardji u reġgħu lura jxandru l-istess tagħlim.

Berardu u sħabu ttieħdu quddiem ir-re, li wegħedhom ħafna ġid u postijiet ta’ ġieħ jekk isiru musulmani. Imma Berardu f’isem sħabu qallu li ma kinux lesti jiċħdu lil Kristu, anzi beda jħeġġeġ lir-re jikkonverti għall-vera fidi. Meta ra li kollox kien għalxejn, ir-re nnifsu qabad ix-xabla u qatel lil kull wieħed mill-patrijiet. Kien is-16 ta’ Jannar 1220. Kienu l-ewwel martri Franġiskani.

Meta San Franġisk sema’ bil-mewt ta’ dawn il-patrijiet, bierek lil Alla u qal: “Issa naf li tassew għandi Patrijiet Minuri.” Għall-għadd kbir ta’ mirakli li saru bl-interċessjoni tagħhom, il-Papa Sistu IV ddikjara lil Berardu u sħabu bħala qaddisin fl-1481.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.