Vidjo Taljan dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta


276 nawfragu jilħqu x-xtut ta’ gżira fil-Mediterran wara ġimgħatejn mitlufa. Imxarrba, eżawriti, imwerwra; huma esperjenzaw n-nuqqas ta’ ħila tagħhom fil-konfront tal-qawwa tan-natura u raw il-mewt ma’ wicchom. Fosthom hemm priġunier fi triqtu lejn Ruma, biex ikun ġudikat mill-Imperatur nnifsu.

Dan huwa l-isfond tal-vidjo, Parola di Vita (Kelma tal-Ħajja) ta’ Jannar 2020. Publikat minn Pasquale Bernardi, il-vidjo huwa marbut mat-tema magħżula għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara ta’ din is-sena li tkun ċelebrata mad-dinja kollha u li din is-sena kienet magħżula mill-Knejjes ta’ Malta u Għawdex.

Il-vidjo jkompli juri kif Pawlu, mqawwi mill-fidi bla waqfien tiegħu fil-Providenza Divina, minkejja li kien priġunier, irnexxielu jgħin lill-sħabu l-oħra li kien hemm fuq il-ġifen sal-iżbark tagħhom fuq xatt ta’ Malta. Hawnhekk, l-abitanti jmorru jiltaqgħu magħhom, jilqgħuhom, jqabbdulhom in-nar minħabba li kien il-bard, u wara jieħdu ħsiebhom …

“Huma ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2).

Published by

laikosblog

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.