Dun Hector Scerri intervistat minn Radju Vatikan

Print Friendly, PDF & Email

Is-Sibt 17 ta’ Jannar 2020, is-Saċerdot Malti Monsinjur Hector Scerri kien intervistat mir-Radju tal-Vatikan dwar it-tema tal-Ġimgħa ta’ Talb għall Ghaqda fost l-Insara.  Din is‑sena l-Ġimgħa Ekumenika għandha wkoll importanza partikolari għaliex it‑talb kollu u r‑riflessjonijiet li se jintużaw madwar id‑dinja kollha tħejjew mill‑Insara ta’ Malta u Għawdex.

Prof-Hector-Scerri (1)Dun Hector, li huwa wkoll il-President tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ekumenika qal li t-tema universali għal din is-sena hija, “Huma ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2).

Fl-intervista li saritlu minn Adriana Masotti, huwa fisser kif fir-rakkont tan-Nawfraġju tal-Appostlu Pawlu f’Malta, li minnu huwa meħud il-vers tat-tema għal din is-sena, hemm analoġija qawwija ma’ dak li qed jiġri llum meta tant persuni jħabbtu wiċċhom mal-istess periklu fl-istess baħar.

Aqra r-rapport u isma’ l-intervista minn din il-link ta’ hawn taħt …

https://www.vaticannews.va/it/chiesa/news/2020-01/settimana-preghiera-unita-cristiani-malta-gozo-ecumenismo.html

 

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: