Illum il-Knisja tfakkar lil San Sebastjan


Fl-20 ta’ Jannar l-Knisja tfakkar lil San Sebastjan, Martri li ħa l-martirju fis-sena 288.

Bħal ħafna “Atti” tal-ewwel Martri ta’ Ruma, dawk ta’ San Sebastjan intilfu wkoll. Dak li aħna ċerti minn hu, li miet martri, jinsab midfun fi Triq Appia fejn illum fil-qrib hemm il-Bażilika ta’ San Sebastjan, u li kien ġa vvenerat fi żmien San Ambroġ (340 – 397).

Skont kitba anonima tas-seklu V, Sebastjan twieled f’Narbona (Franza t’Isfel) minn ġenituri Taljani li, meta kien għadu tifel, ħaduh u rabbewh f’Milan. Għad li kellu antipatija naturali kontra l-ħajja tal-armi, sabiex ikun jista’ jgħin il-martri u l-insara l-oħra, hu mar Ruma u daħal suldat tal-Imperatur Carinus (282-284). Il-kwalitajiet sbieħ tiegħu ġibdu l-attenzjoni tal-imperaturi Djoklezjanu u Massimjanu, li fdawlu il-kmand tal-ewwel korti. Bħala suldat kien iżur l-insara fil-ħabs u kien jgħinhom u jinkoraġġihom.

Imma fl-aħħar inqabad, u Djoklezjanu ċanfru għall-ingratitudni tiegħu. Għalxejn Sebastjan ipprotesta li hu dejjem qeda eżattament id-dmirijiet tiegħu militari, l-imperatur ordna li jiġi maqtul bil-vleġeġ. Tefgħulu diversi vleġeġ u telquh għal mejjet. Imma Sebastjan kien għadu ħaj u mara twajba jisimha Irene ħaditu f’darha u dewwietu.

Meta ħa saħħtu mill-ġdid, bix-xewqa li jmut martri, mar minn rajh quddiem Djoklezjanu u qallu li ma kienx se jsib il-paċi qabel ma jieqaf milli jxerred demm bla ħtija. Djoklezjanu reġa’ qatagħhielu għall-mewt u ġismu ntefa’ fid-drenaġġ pubbliku.
Kien għall-ħabta tas-sena 288.

Għalkemm il-leġġendi m’humiex stejjer veri, b’danakollu, jesprimu l-qawwa tal-Fidi, u l-kuraġġ li kellhom dawn l-eroj martri ta’ Kristu.

San Sebastjan hu meqjum bħala wieħed mit-tliet patruni tal-belt ta’ Ruma. Fl-ewwel sekli tal-kristjaneżmu, imma b’mod l-aktar intens fil-medju evu sas-seklu sittax dan il-kult kien jinsab qawwi ħafna fid-dinja tal-punent bil-festa tkun ċelebrata nhar l-20 ta’ Jannar. San Sebastjan għandu kult ukoll fid-dinja tal-ilvant bil-festa tkun ċelebrata nhar it-18 ta’ Jannar.

San Sebastjan hu patrun tal-artillieri, u hu l-patrun ta’ waħda mill-parroċċi ta’ Ħal Qormi.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.