Prefazji ġodda għall-Quddiesa tar-Rit Ruman

Print Friendly, PDF & Email

Nhar il-25 ta’ Marzu, il-Kongregazzojni għad-Duttrina tal-Fidi ppubblikat żewġ digrieti, bi prefazji Ewkaristiċi ġodda b’żieda ta’ aktar qaddisin riċenti fil-forma straordinarja tal-Quddiesa tar-Rit Ruman, magħrufa wkoll bhala l-Quddiesa Tradizzjonali Latina.

Id-digrieti kienu approvati mill-Papa Franġisku f’Diċembru tal-2019 fuq talba li kien għamel il-Papa Benedittu XVI fl-2007 bl-ittra appostolika Summorum Ponificum għal aktar djalogu mal-gruppi li jiċċelebraw il-Quddiesa Latina. L-ewwel digriet, Quo magis fih seba’ prefazji Ewkaristiċi li jistgħu jintużaw f’okkażjonijiet partikulari bħall-festi tal-qaddisin. It-tieni digriet, Cum sanctissima hu dwar ċelebrazzjoni ta’ festi tat-tielet klassi ta’ qaddisin.

https://catholicherald.co.uk/cdf-issues-new-eucharistic-prefaces-optional-saint-feasts-for-extraordinary-form-of-roman-rite/

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: