Illum il-Knisja tfakkar lil Beatu Pietru Gonzales


Fl-14 ta’ April l-Knisja tfakkar lil Beatu Pietru Gonzales, Reliġjuż li miet fis-sena 1246.

Pietru Gonzales kien ġej minn familja nobbli ta’ Kastilja, fi Spanja. Wieħed minn zijietu kien isqof ta’ Astorga, li eduka lil Pietru u anki kisiblu t-titlu ta’ kanonku tal-katidral minkejja li kien għadu taħt l-età.

Darba f’jum tal-Milied, hekk kif kien kollu mdandan imlibbes bl-iżjed ilbies fin biex jieħu l-pussess bħala kanoniku, kien imtajjar minn fuq iż-żiemel tiegħu u mitfugħ f’ħofra mimlija tajn, fost id-daħk ta’ dawk kollha li raw dan l-inċident.

F’daqqa waħda ħajtu nbidlet għal kollox għax din il-ġrajja ġegħlitu jiftaħ għajnejh u jara l-frugħa kollha tiegħu. “Jekk id-dinja daħket bija” qal, “jien irrid nidħak bid-dinja.” Ħalla l-pożizzjoni li kellu u daħal Dumnikan. Kien predikatur kapaċi u anke ġie nominat bħala l-kappillan irjali minn San Ferdinandu III, re ta’ Kastilja u Leon.

Dan il-patri Dumnikan kien meqjum ħafna mill-baħħara Spanjoli u Portugiżi li kien jagħmlilhom żjarat fuq ix-xwieni tagħhom.

Huwa miet fl-14 ta’ April, 1246. Kien ibbeatifikat mill-Papa Innoċenz IV fl-1254 u kkanonizzat fit-13 ta’ Diċembru, 1741 mill-Papa Benedittu XIV. Huwa l-qaddis protettur tal-baħħara li jsejħulu taħt l-isem ta’ Elmo jew Erażmu, li minnu ġej l-isem ta’ Iermu li għalih hija msemmija l-famuża Forti Sant’Iermu fil-belt Valletta.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.