Filwaqt li Ħadd fuq l-Għid il-Knisja Kattolika tar-rit Latin tiċċelebra l-Ħadd tal-Ħniena Divina, il-Knejjes Ortodossi u l-Knejjes Kattoliċi tal-Lvant jiċċelebraw l-Għid il-Kbir.
Il-Papa Franġisku bagħat ix-xewqat tajba lil dawn il-Knejjes. Huwa sellem bħala ħutna lill-Insara tal-Knejjes Orjental u qal li: “F’dan il-mument ta’ prova, ejjew inħossu kemm huma kbar ir-rigal u t-tama li jiġu bil-qawmien tagħna ma’ Kristu.”
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea