Se jibda l-Quddies fil-knejjes Taljani fit-18 ta’ Mejju


Nhar is-7 ta’ Mejjuġie ffirmat ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern fl-Italja biex mit-18 ta’ Mejjul-knejjes jinfetħu għall-Quddiesa, b’ħafna prekawzjoni. Min jattendi għall-Quddiesa jrid ikollu temperatura ta’ inqas minn 37.5 ċentigrad u jkun bil-maskra. Trid tinżamm distanza ta’ metru bejn il-persuni.

foto-grande-1

Il-Kappillan tal-knisja jrid jirregola n-numru tan-nies skont id-daqs tal-knisja. Il-bibien tal-knisja jinżammu miftuħin biex ma jkunx hemm għalfejn jintmissu l-pumi. Fid-dħul u l-ħruġ  se jkun hemm voluntieri biex jgħinu lin-nies jimxu mar-regoli.

Għat-Tqarbin iċ-ċelebrant irid jaħsel idejh, jilbes l-ingwanti u l-maskra u ma jmissx idejn min qed jitqarben. Jista’ jkun hemm organista, imma ma jistax ikun hemm kor.

https://www.avvenire.it/chiesa/pagine/le-messe-aperte-ai-fedeli-avvio-il-18-maggio

https://www.avvenire.it/chiesa/pagine/le-messe-aperte-ai-fedeli-avvio-il-18-maggio

Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.