Il-Kummissjoni Djoċesana Tfal tiltaqa’ tliet darbiet fis-sena mal-Arċisqof jew l-Isqof awżiljarju biex jiġu diskussi temi varji, speċjalment suġġetti li jolqtu lit-tfal. Minħabba li fis-sitwazzjoni preżenti ma’ nistgħux niltaqgħu, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna xorta żamm l-appuntament tiegħu onlajn!