F’konferenza-stampa li saret nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju fil-Vatikan ġie spjegat kif il-Knisja Kattolika qed tħares lejn il-futur hekk kif id-dinja ħierġa gradwalment mill-pandemija tal-Covid-19. Il-Papa Franġisku fl-20 ta’ Marzu kien waqqaf Kummissjoni għall-kura tal-familja umana, li ffaċċjat il-pandemija.
Fid-dawl tal-viżjoni tal-Knisja, li hi viżjoni ta’ tama u miftuħa għal Alla, trid tiġi assigurata d-dinjità tal-bnedmin kollha, b’tenerezza u solidarità inklussiva, biex ħadd ma jibqa lura.
Huma diversi l-organizzazzjonijiet fi ħdan il-Knisja li speċjalment fejn ħafna kellhom iħallu lil arthom, jaħdmu għall-armonija fil-pajjiżi, għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea