Waħdi minix!


Illum ħassejt is-sejħa li ninstab fuq il-mejda, inqiegħed idi fuq it-tustiera tal-computer, u nfaħħar lill-Mulej f’ħuti l-Patrijiet Kapuċċini. Ħuti! Kemm bikom Ġesù jgħini biex nibqa’ għaddej! Għalhekk, illum, irrid NIRRINGRAZZJAKOM u NBERRIKKOM wieħed wieħed! U, dejjem jekk tippermettuli, nagħtikom L-APPLAWŻ tiegħi ukoll!

Qabel insemmi s-serbut twil twil tiegħi ta’ grazzi, ħa nimxi bir-reqqa fuq il-parir ta’ Patri ħabib kbir tiegħi u ħabib fidil u għaqli tabilħaqq tal-Ilsien Malti. Se nuża’ il-kelma NIŻIKOM ĦAJR! Għax jien Malti u mhux Taljan! Nibda’ minn ras il-ħuta! NIŻI ĦAJR LILEK, Patri Effie Mallia, il-Provinċjal! NIŻIK ĦAJR li emmint fit-Tmunier tal-ġifen, l-Ispirtu s-Santu. U mxejt skont ma’ nebbħek fuqi HU! NIŻIK ĦAJR li emmint! Niżik ħajr li tieħu ħsiebi billi tagħtini dik it-telefonata li tagħmel persuna apprezzata!

Kemm ċempluli Patrijiet! NIŻIK ĦAJR LILEK, Patri Martin Micallef, li ċempiltli ħa nara kif jien. U offrejtli biex inċempillek meta nkun irrid! NIŻIK ĦAJR LILEK Patri Karlu Cardona, ħabib antik u dejjem ġdid! Grazzi li ċempiltli fl-Għid! Bħalma NIŻI ĦAJR LILEK, Patri Hayden Williams, li ċempiltli ħa tara kif jien u tara ftit għandix x’niekol.

Kemm nieħu gost meta l-Patrijiet jaħsbuli fil-ħawsla! Jafu li nħobbha! Kif nista’ ma NIŻIX ĦAJR LILEK, Patri Pawl Buġeja, il-gwardjan tal-kunvent tal-Furjana, li, b’imħabba ta’ omm u missier f’daqqa, dejjem tieħu ħsieb iżoqqni b’dawk il-pastini tajbin! Li farrġu lili u lill-istaff tal-Onkoliġija! U NIŻI ĦAJR LILEK, Fra Luċjan Baldacchino, li taħdem minn wara l-kwinti għall-ġid!

Nixtieq NIŻI ĦAJR lilek, Patri Carm Dimech, il-gwardjan tiegħi tal-Kunvent tal-Kapuċċini tal-Marsa Trinità! Kemm tiegħu ħsiebi! Bħalma tieħdu ħsiebi wkoll int, Patri Domnic Mangani, il-Kappillan, u l-membri tal-fraternità kollha tiegħi, jiġifieri Patri Wistin Attard, Patri Ġino Ciangura, Fra Antoine Ebejer u Patri Carmelo Aquilina. NIŻIK ĦAJR Patri Carmelo u int, Fra Vincent Axiaq u Fra Miguel Żammit kemm tgħinuni! Dejjem fis-skiet għalhekk tgħadduli xebgħa barkiet! U lilek, Steve il-kok u lilek, Mariella l-koka! NIŻIKOM ĦAJR għat-tjubija ta’ qalbkom li toħroġ mal-ikel li tħejjuli! Kemm napprezza!

Ma nistax ma nsemmix lill-Patrijiet li għalissa, sakemm jgħaddi dan il-mingħul ta’ Covid-19, qegħdin fil-kunvent biex jibżgħu għal saħħithom. Nibda’ minnek, Patri Ilarju Abela! NIŻIK ĦAJR tal-umiltà u t-tjubija ta’ qalbek! Kemm nifraħ u nitħeġġeġ meta niftakar fik! Bħalma nimtela bil-ferħ u b’kuraġġ ta’ sur meta niftakar fik, għażiż Patri Vincent Buhagiar! Dik qalbkom kbira għall-pazjent u għall-familjari u l-membri tal-istaff tal-isptar tħossha b’idejk! X’ġid kbir għamel bikom Ġesù f’dan l-isptar importantissmu għal pajjiżna! Hawn, kulħadd isemmikom! B’għerf kbir u mimli ħlewwa tal-Mulej li hemm fikom, it-tnejn tgħallmuni, tfakkruni u ittambruli, b’tant imħabba ta’ missier u omm: Wettaq ġesti żgħar bi mħabba kbira! U fis-skiet! X’ma nħobbkomx ħuti u ħbiebi! L-ispirtu ta’ Kristu jiddi fikom u bikom!

NIŻI ĦAJR LILEK, Patri Joe Mallia li bik, il-Mulej, tant farraġ nies f’dan l-isptar! Patri Joe għadhom isemmuk u jiżżuk ħajr! NIŻIK ĦAJR LILEK, Patri Philip Cutajar, Patri Lawrenz Briffa, Patri Anton Briffa, u oħrajn, li tajtu daqqa t’id tant siewja fil-kappellanija Kapuċċina tal-Onkoloġija! Fl-aħħar nett, nerġa’ NIŻI ĦAJR LILEK, Patri Carm Dimech! Il-preżenza ta’ kuraġġ u faraġ tiegħek baqgħet tinħass fl-Onkoloġija!

Fl-aħħar nett NIŻI ĦAJR LIKOM, il-Patrijiet ta’ Mater Dei, jiġifieri Patri Mario Borg, Patri Elmar Pace u Patri Bertrand Vella, Trinità li timxi mal-marid li għaddej mit-taqlib! U anki lilkom, Patri Bernard Mangion, Patri Leonard Falzon, Patri Ġino Ciangura, Patri Publius Mair, Patri John Vella u Fr Franco Fenech, li ħdimtu b’tant ħrara qabel din il-kriżi!

Għalkemm nidher jien fil-midja imma huma dawn il-Patrijiet kollha u ħafna oħrajn tul is-snin li bihom qed jaħdem il-Mulej! F’kelma waħda: waħdi minix! U minix waħdi!

Patri Mario Attard OFM Cap

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.