Għajnuna minn Abu Dhabi lill-Amazonja


L-Emirati Għarab Magħquda bagħtu 50 tunnellata ta’ għajnuna medika lir-reġjun Peruvjan tal-Amazonja li qed titħabat kontra l-epidemija tal-coronavirus. L-infezzjonijiet tal-coronavirus qiegħdu f’riskju lil miljuni ta’ nies vulnerabbli fl-Amerka Latina.

Il-kontejers, b’ossiġnu u b’ikel, se jaslu Lima u jkunu trasportati lejn Iquitos, belt ta’ 400,000 abitanti max-xtut tax-xmara Amazon fil-qalba tal-foresta. Imbagħad jitqassmu mill-parroċċi lill-familji fil-bżonn. Din l-għotja hi frott ta’ kollaborazzjoni bejn l-Emirati mal-Vatikan li bdiet miż-żjara storika tal-Papa Franġisku f’Abu Dhabi fl-2019.

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.