Il-coronavirus jagħti wicċ ġdid lill-kant fil-Liturġija


Il-coronavirus bidel il-mod kif il-Knisja tiċċelebra l-Liturġija. Aspett minnhom hu l-kant, li hu ristrett minħabba li seta’ jista’ jitrasmmetti l-virus.

kor
Distanza soċjali anke fil-kor tal-Kappella Sistina

Fil-fatt 52 membri ta’ kor fi Knisja f’Washington kienu ttieħdu mill-virus. F’xi knejjes il-kant qed isir minn ftit membri tal-kor b’distanza bejniethom u akkumpanjati mill-orgni.

Il-kant għandu rwol importanti fil-ħajja tal-Knisja. Il-patrijiet Benedittini huma magħrufin għall-post li jagħtu lill-kant Liturġiku, l-aktar il-kant Gregorjan. Qed iwasslu l-kant lin-nies bil-video u l-eżamijiet tal-mużika qed jagħmluhom online.
Tinħass l-istennija ta’ dawk li għandhom il-kant għal qalbhom għal meta jkunu nistgħu jgawdu l-kant tal-Knisja fil-komunità.
 
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea

Published by

Joe Farrugia

Blog tas-Segretarjat għal-Lajċi.