F’messaġġ lill-Kattoliċi fl-Ingilterra, nhar 25 ta’ Ġunju, il-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta’ Westminster wissa li għandu jkun hemm limitu ta’ nies li jattendu ghall-Quddies, li fl-Ingilterra se jerġa’ jibda fl-4 ta’ Lulju.
Il-Kardinal semma lista’ ta’ x’għandu jkun in-“normal il-ġdid” fil-liturġija. Diversi knejjes mhumiex se jiftħu fil-bidu ta’ Lulju għax stqarrew li ma jistgħux jinfurzaw ir-regolamenti dwar id-distanza soċjali u l-iġjene. Dawk vulnerabbli ġew mitluba jaħsbuha qabel jibdew jattendu. Il-Kardinal qal li l-Quddiesa se tibqa’ ssir għal dawk li jippreferu jisimgħuha f’darhom. Issuġġerixxa lin-nies biex imorru l-Quddies fost il-ġimgħa biex in-nies jitqassmu. Mhux se jkun hemm kant u l-Quddiesa m’għandhiex tieħu fit-tul.
Rapport għal-Laikos minn Joe Galea