1. Il-Preżenza ta’ Marija fl-oriġni tal-Knisja

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  06/09/1995.

1. Wara li waqaft fil-katekeżi preċedenti biex napprofondixxi l-identità u l-missjoni tal-Knisja, issa nħoss il-bżonn li ndawwar ħarsti lejn il-Beata Verġni, Dik li wettqet b’mod perfett il-qdusija u li tikkostitwixxi l-mudell.


Dan hu dak li għamlu l-istess Missirijiet tal-Konċilju Vatikan II: wara li kienu esponew id-duttrina dwar ir-rejaltà storiko-feddejja tal-Poplu ta’ Alla, riedu jikkontemplawha bl-illustrazzjon tar-rwol ta’ Marija fl-opra tal-fidwa. Il-Kapitolu VIII tal-kostituzzjoni konċiljari Lumen gentium, infatti, għandu l-għan mhux biss li jenfasizza l-kontenut ekklesjoloġiku tad-duttrina marjana, imma li jpoġġi wkoll fid-dawl il-kontribut li l-figura tal-Beata Verġni toffri għall-fehim tal-misteru tal-Knisja.

2. Qabel ma nesponi l-itinerarju Marjan tal-Konċilju, nixtieq nagħti ħarsa kontemplattiva lejn Marija, hekk bħal ma, fl-oriġni tal-Knisja, hija deskritta fl-Atti tal-Appostli. Luqa, fil-bidu ta’ din il-kitba nejotestamentarja li tippreżenta l-ħajja tal-ewwel komunità nisranija, wara li jkun fakkar b’mod singolari l-ismijiet tal-appostli (At 1,13), jenfasizza: “Dawn kollha kienu  regolari u unanimi fit-talb flimkien flimkien ma’ xi nisa u ma’  Marija, l-Omm ta’ Ġesù, u ma’ ħutu” (At 1,14).

F’dan il-kwadru tispikka l-persuna ta’ Marija, l-unika li tiġi mfakkra b’isimha, minbarra l-Appostli: hija tirrapreżenta wiċċ tal-Knisja differenti u kumplimentari b’rispett għal dak ministerjali jew ġerarkiku.

3. Is-sentenza ta’ Luqa, infatti, tirreferi l-preżenza fiċ-ċenaklu, ta’ xi nisa, waqt li hekk jimmanifesta l-importanza tal-kontribut femminili fil-ħajja tal-Knisja, sa mill-ewwel żminijiet. Din il-preżenza titpoġġa f’rapport strett mal-perseveranza tal-komunità fit-talb u fl-unanimità. Dawn is-siltiet jesprimu perfettament żewġ aspetti fundamentali tal-kontribut speċifiku tan-nisa fil-ħajja ekkleżjali. Iktar inklinati għall-attivtà esterna, l-rġiel jinħtieġu l-għajnuna tan-nisa biex jitwasslu għar-relazzjonijiet personali u biex jersqu iktar lejn l-għaqda tal-qlub.

«Imbierka fost in-nisa» (Lq 1,42), Marija taċċetta b’mod distint din il-missjoni femminili. Min aħjar minn Marija, jiffavorixxi f’dawk kollha li jemmnu il-perseverenza fit-talb? Min jppromwovi, aħjar minnha, l-unanimità u l-imħabba? 

Waqt li għarfu l-missjoni pastorali afdata minn Ġesù lill-Ħdax, in-nisa taċ-ċenaklu, b’Marija f’nofshom, jingħaqdu fit-talb tagħhom u jixhdu, fl-istess ħin, il-preżenza fil-Knisja ta’ persuni li, minkejja li ma rċivewx il-missjoni, huma xorta waħda membri, kif imiss, tal-komunità miġbura fil-fidi fi Kristu.

4. Il-preżenza ta’ Marija fil-komunità, li tistenna fit-talb l-effużjoni tal-Ispirtu (cf At 1,14), tfakkar il-parti li hija kellha fl-inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla bl-opra tal-Ispirtu Santu (cf Lq 1,35). Ir-rwol tal-Verġni f’dik il-fażi inizjali u r-rwol li tiżvolġi issa, fil-manifestazzjoni tal-Knisja f’Għid il-Ħamsin, huma marbuta b’mod strett.

Il-preżenza ta’ Marija fl-ewwel mumenti tal-ħajja tal-Knisja hija mqiegħda f’evidenza singulari mill-konfront mal-parteċipazzioni  tant raġonevoli li Hija kellha preċedentement, tul il-ħajja pubblika ta’ Ġesù. Meta l-Iben beda l-missjoni tigħu, Marija baqgħet f’Nażżaret, ukoll jekk tali firda ma teskludix kuntatti sinifikattivi, bħal f’Kana, u, b’mod speċjali ma  żżommhiex milli tieħu sehem fis-sagrifiċċju tal-Kalvarju.

Fl-ewwel komunità, iżda, ir-rwol ta’ Marija jassumi rilevanza notevoli. Wara t-Tlugħ is-Sema u fl-istennija ta’ Għid il-Ħamsin, Omm Ġesù hija personalment preżenti fl-ewwel passi tal-opra mibdija mill-Iben.

5. L-Atti tal-Appostli jenfasizzaw li Marija kienet tinsab fiċ-Ċenaklu «flimkien mal-aħwa ta’ Ġesù» (At 1,14), jiġifieri ma’ qrabatu bħal ma dejjem interpretat it-tradizzjoni ekkleżjali: din ma kinitx sempliċement laqgħa ta’ familja, minħabba l-fatt li taħt it-tmexxija ta’ Marija, il-familja naturali ta’ Ġesù saret tifforma parti mill-familja spiritwali tal-Kristu: «Min iwettaq ir-rieda ta’ Alla – kien qal Ġesù – dak huwa ħija, oħti u ommi» (Mk 3,34).

Fl-istess ċirkostanza Luqa jikkwalifika b’mod espliċitu li Marija bħala «l-Omm ta’ Ġesù» (At 1,14), kważi biex jissuġerixxi li xi ħaġa ta-Iben mtellà fis-sema tibqà fil-preżenza tal-omm. Hija tfakkar lid-dixxipli l-wiċċ ta’ Ġesù u hija. Bil-preżenza tagħha f’nofs il-komunità, is-sinjal tal-fedeltà tal-Knisja fi Kristu l-Mulej.

It-titlu ta’ «Omm», f’dan il-kuntest, iħabbar l-atteġġjament ta’ qrib premuruż li bih il-Verġni ssegwi l-ħajja tal-Knisja. Lilha Marija tiftaħ qalbha biex timmanifesta l-għegbijiet mwettqa fiha minn Alla omnipotenti u ħanin.

Sa mill-bidu Marija teżerċita r-rwol tagħha ta’  «Omm il-Knisja»: l-azzjoni tagħha tiffavorixxi l-ftehim bejn l-Appostli, li Luqa jippreżenta «maqbula» u ferm ‘il bogħod mid-diskussjonijiet li kultant kienu jqumu bejniethom.

Marija, fl-aħħarnett, teżerċita l-maternità tagħha lejn il-komunità ta’ dawk li emmnu, mhux biss billi titlob biex taqlà lill-Knisja d-doni tal-Ispirtu Santu, meħtieġa għall-formazzjoni u l-futur tagħha, imma billi teduka, ukoll, id-dixxipli tal-Mulej għall-għaqda kostanti ma’ Alla.

B’dan il-mod hija tirrendi lilha nfisha edukatriċi tal-poplu nisrani għat-talb, għal-laqgħa ma’ Alla, element ċentrali u indispensabbli sabiex l-opra tar-Rgħajja u tal-fidili jkollha dejjem fil-Mulej il-bidu tagħha u l-koltivazzjoni profonda tagħha. 

6. Minn dawn il-konsiderazzjonijiet qosra joħroġ b’mod l-iktar ċar kif ir-rapport bejn Marija u l-Knisja jikkostitwixxi konfront affaxxinanti bejn iż-żewġ ommijiet. Dan jirrivelalna b’mod ċar il-missjoni materna ta’ Marija u jimpenja lill-Knisja biex dejjem tfittex l-identità vera tagħha fil-kontemplazzjoni tal-wiċċ tat-Theotokos.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading