IL-PROĊESS TAL-KOPPJA HENRY U INEZ CASOLANI.
L-Aġenzija Rome Reports b’rapport u video dwar dawn il-lajċi Maltin.
Rome Reports, 1 Nov 2015: L-Aġenzja tal-aħbarijiet Rome Reports fl-edizjoni tagħha tal-bieraħ publikat rapport dwar il-ħajja tal-koppja Maltija Henry u Inez Casolani u l-bidu tal-proċess djoċesan tagħhom biex tibda l-kawża tal-beatifikazzjoni u eventwalment tal-kanonizzazzjoni. Ir-rapport jghid li madwar 200 persuna ser jagħtu x-xhieda tagħhom f’dan il-proċcess li jekk iwassal għall-kanonizzazzjoni, allura huma jingħaqdu mal-ġenituri ta’ Santa Tereża ta’ Liseux li kienu dikjarati qaddisin mill-Papa Franġisku ftit jiem ilu.