Nhar il-Ħamis 20 ta’ Awwissu l-Knisja Kattolika fil-Belġju ħabbret li 305 adulti qed jippreparaw biex jirċievu s-Sagrament tal-Magħmudija din is-sena.
In-numru tal-katekumenti adulti fil-Belġju qiegħed dejjem jiżdied f’dawn l-aħħar 10 snin. It-305 adulti li se jingħammdu din is-sena, li l-parti l-kbira huma żgħażagħ, jgħaddu b’61 dawk li tgħammdu s-sena li għaddiet.
Din l-aħbar sabiħa, ġejja minn pajjiż fejn il-prattika tar-reliġjon Kattolika nieżla minn sena għal oħra, twasslet b’nota ta’ ferħ mill-Isqfijiet Belġjani, li n-numru ta’ Magħmudijiet għall-adulti kienu b’żieda kostanti f’dawn l-aħħar 10 snin. (minn La Croix)
Nota: Proprju lbierah, 26 ta’ Awwissu, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar, Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċelebrazzjoni li fiha għammed 4 adulti u tarbija. Kienet okkażjoni tassew kommoventi u j’Alla jkollna iktar bħalha.
Rapport għal_laikos minn Joe Galea