It-Tieni Miġja, l-ikel u x-xogħol


“Min ma jridx jaħdem, lanqas għandu dritt jiekol” (2 Tess 3:10)

Kurżità biss: mhix stramba li San Pawl jikteb lit-Tessalonkin dwar it-Tieni Miġja ta’ Ġesù fil-glorja fl-aħħar tad-dinja imma mbagħad ikellimhom fuq ix-xogħol u l-ikel ta’ kuljum? “Meta konna fostkom aħna ordnajnielkom li jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol” (2 Tess 3:10).

Iż-żewġ ittri lit-Tessalonkin (bħalma jagħmel Luqa fl-evanġelju tiegħu u fl-Atti) inkitbu f’sitwazzjoni fil-Knisja tal-bidu qrib is-sena 50, fejn l-Insara kienu qegħdin jistaqsu kontinwament: jekk Ġesù, Mulej tagħna, reġa’ lura fil-glorja tal-Missier, rebbieħ, Salvatur, għalfejn għandna nistennew iżjed it-Tieni Miġja tiegħu? Meta se jerġa’ jiġi? Għaliex mhux issa stess? L-Appostli stess jistaqsu lil Ġesù dak li kienu qegħdin jistaqsu l-ewwel insara: “Huwa dan iż-żmien?” (Atti 1:6). Saħansitra l-Fariżej u d-dixxipli jidħlu f’diskussjoni miegħu dwar il-Miġja (ara Luqa 17).

Safrattant, l-Appostlu Pawlu jħeġġeġ lill-Insara: tistaqsux meta se jerġa’ jiġi, imma kif se ngħixu sakemm jerġa’ jiġi! U jwissi lil min qiegħed jistenna t-Tieni Miġja b’mod għal kollox żbaljat u li mhux skont l-eżempju li raw mingħandu: “Issa aħna smajna li hemm xi wħud fostkom li qegħdin jitgħażżnu; mhumiex jaħdmu, imma qed jinħlew fix-xejn” (2 Tess 3:11); “l-aħwa, fl-isem tal-Mulej Ġesu Kristu nordnawlkom li żżommu ruħkom ’il bogħod mill-aħwa kollha li jgħixu fl-għażż u li mhumiex jimxu skont it-tradizzjoni li ħadtu mingħandna” (2 Tess 3:6). It-twissija tiegħu hija iktar minn ċara: “Lil dawn in-nies nordnawlhom u nwissuhom, f’isem il-Mulej Ġesu Kristu, biex jaħdmu sewwa u għajxienhom jaqilgħuh” (2 Tess 3:12).

Ġesù nnifsu kien indirizza din is-sitwazzjoni; hu wkoll xeħet il-misteru tat-Tieni Miġja fuq il-livell tal-ħajja ta’ kuljum. Kien qal: “U bħalma ġara fi żmien Noe, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noe daħal fl-arka… L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu…” (Lq 17:26-28).

It-Tieni Miġja tħejji għaliha f’din id-dinja, fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, għax il-Mulej Ġesù jiġi kuljum fil-ħajja ordinarja tiegħek, daqskemm huma ordinarji fil-ħajja ta’ kuljum l-ikel u x-xogħol u r-relazzjonijiet mal-oħrajn!

Tistaqsix ‘meta se jerġa’ jiġi?’; staqsi: ‘kif ngħix il-ħajja ordinarja ta’ kuljum sakemm Ġesù l-Mulej u s-Sid jerġa’ jiġi?”

About the Second Coming of Jesus

“When we were among you, we commanded you that anyone unwilling to work, should not eat either” (2 Thes 3:10).

Just a curiosity: isn’t it strange that the Apostle Paul writes to the Thessalonians about the Second Coming of Jesus in glory at the end of times but then speaks to them about work and daily food? “When we were among you, we commanded you that anyone unwilling to work, should not eat either” (2 Thes 3:10).

Both letters to the Thessalonians (just as Luke does in his gospel and in Acts) were written around the year 50 in a situation within the early Church where Christians were constantly asking: since Jesus, our Lord, has returned to the glory of the Father, glorious, Saviour, why should we wait any longer for his Second Coming? When will he return? Why not right now? The Apostles themselves had asked Jesus what the early Christians were asking now: “Is this the time?” (Acts 1:6). The Pharisees and disciples enter into a discussion with him about the Second Coming (see Luke 17).

Meanwhile, the Apostle Paul exhorts Christians: do not ask when he will come again, but how do we live until he comes again! And he warns those who are going about the Second Coming in a completely mistaken way and not according to the example they have seen from him: “For we hear that some of you are living in idleness, mere busybodies, not doing any work (2 Thes 3:11); “Now we command you, beloved, in the name of our Lord Jesus Christ, to keep away from believers who are living in idleness and not according to the tradition that they received from us” (2 Thes 3:6). His warning is more than clear: “Now such persons we command and exhort in the Lord Jesus Christ to do their work quietly and to earn their own living” (2 Thes 3:12).

Jesus himself had addressed this situation; he too had cast the mystery of the Second Coming onto the level of daily life. He had said: “Just as it was in the days of Noah, so too it will be in the days of the Son of Man. They were eating and drinking, and marrying and being given in marriage… Likewise, just as it was in the days of Lot: they were eating and drinking, buying and selling, planting and building”(Lk 17: 26-28).

For the Second Coming we prepare in this world, in our daily life, because the Lord Jesus comes every day in our ordinary life, just as ordinary in daily life are food and work and relationships with others!
Don’t ask: ‘When will he come again?’; but do ask, ‘How do I live my daily life until the Lord and Master Jesus returns?’