Meta xi ħadd joħroġli wrong side!


Kemm tinħaraq hux meta tkun qed issuq u, f’daqqa waħda, joħroġlok xi ħadd wrong side! Ġieli ġralek hekk?

U, jekk ġralek hekk, kif tħossok? Għall-ewwel tinġazza! Għax tieħu qatgħa tal-beati Pawli! Imma mbagħad tħossok tinħaraq, tfur bir-rabja u tisplodi! Insomma! Dejjem u skont il-fus ta’ dak li jkun! Għax hawn minn il-fus mill-ewwel itirlu u aqta’ kemm jarma jfaqqa’! Biex imbagħad, jaħasra, tant kemm jiddispjaċieh li jiġi għand Ġesù f’riġlejn il-Patri jibki kemm jiflaħ! Għax min hu veru umli u safi quddiem il-Mulej hekk jagħmel ħbieb! Jammetti! U jinħafer! Biex imbagħad tarah jagħti qalbu għall-proxxmu tiegħu! Prosit sieħbi! Hekk l-affarijiet! Dik il-vera irġulija! U b’hekk turi li int mara!

L-istess ħaġa tiġri fid-diskussjonijiet tafux! Dan anki jekk tkun qiegħed tgħid kelma għal kwiet, fost il-ħbieb, u, xi ħadd, jaf joħroġlok wrong side! Għax filli nkunu qed titħaddtu fuq ton ta’ ħbiberija u filli dak il-proxxmu aqta’ kemm jarma inigges, iweġġa’ u jinsulenta! U int tgħidli: Imma fil-bidu qalli u qaltli: Mhux għalik qed ngħid! Int aqta’ dik is-sentenza barra sieħbi u ara jekk is-sentenza ta’ wara hijiex sustanza ta’ tingiż u botti! Mela għalija kien qed jgħid!

U kif tħossok f’dawn il-mumenti? Fejn dan u din il-proxxmu joħroġlok wrong side? Ovvja! Demmek jitlagħlek għal rasek. Tibda’ titriegħed. U tħossok li għandek tagħmel xi waħda! Għax dak li jkun ikun ħafna fuq li ħafna li qabeż il-linja! U dan jaħasra biex, dak jew dik li jkun u li tkun, ma titkellmux rasek u rasha, rasu u rasek! Kif, wara kollox, jridna nagħmlu Ġesù stess! Imma l-bniedem iblaħ! U, sforz ir-rabja li jkollu tbaqbaq ġo fih, faċli ħafna jgħaddi wrong side! U jispiċċa li miegħu jgħaddi lil ħaddieħor! Anki jekk ħaddieħor, l-għaliex ikun jitlob u titlob, il-Mulej juriehom li m’għandhomx għalfejn jitgħabbew b’rabja u frustrament li m’humiex tagħhom!

Sieħbi, int li tgħaddi wrong side fir-relazzjonijiet tiegħek mal-oħrajn, ngħidlek: Nifhmek! Nagħdrek! Nissapportjak! U nitlob għalik! Mill-esperjenza tiegħi tal-ħajja l-Mulej jgħallimni li meta nkun irrabjat ħa ninfaqa’ waħda sew miegħU. U ninfaqa’ tafux! U x’ma joħroġlix minn fommi miegħU! Imma basta qed inkellem lilU personali! L-ewwel naffaċċja lilU. Għax Hu mhux russian roulette bħalma hu l-bniedem! Tibgħżux! Imbagħad jurini kif għandi nittratta mal-bniedem.

Ma jimpurtax jekk mal-Mulej ngħaddi wrong side. Basta nkellmU! Għax meta nkellmu iġibni on side! Għax Alla Hu u mhux bniedem! U miegħi jaf iġib lill-persuna l-oħra on side ukoll!

Patri Mario Attard OFM Cap

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.