Illum il-Knisja tfakkar lil San Klodoald


Fis-7 ta’ Settembru l-Knisja tfakkar lil San Klodoald, Abbati u Konfessur li għex bejn is-snin 522 sa 560.

San Klodoald twieled fil-522. Huwa kien in-neputi ta’ Klovju, fundatur tar-Renju tal-Franki, u martu Santa Klotilde. Wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, kienet in-nanna (Klotilde, reġina armla) li ħadet ħsieb ta’ Klodoald u ż-żewġ ħutu subien. Wara l-mewt ta’ missieru, iz-zijiet ta’ Klodoald fittxew li jaħtfu t-tron ta’ missieru billi ppjanaw kif se joqtlu lil Klodoald u lil ħutu. Irnexxielhom joqtlu lil ħutu, filwaqt li Klodoald ħarab u mar ġo santwarju ma’ San Remiġju, l-Isqof ta’ Reims, li jinsab f’distanza qasira minn Pariġi. U hekk, Klodoald minn tfulitu sa żogħżitu kiber taħt il-gwida u l-protezzjoni tal-isqof qaddis u n-nanna qaddisa tiegħu.

Ftit li xejn huwa magħruf dwar il-ħajja ta’ Klodoald mill-età ta’ ħames snin sa tmintax-il sena. Huwa għex ħafna minn dawn is-snin mal-Isqof ta’ Reims, u l-aħħar snin ma’ San Severinu, eremita. Matul dawn is-snin ta’ formazzjoni, huwa qorob aktar lejn Alla permezz tas-silenzju u tas-solitudni. Għalkemm din l-istil ta’ ħajja kienet imġiegħlha fuqu minħabba l-attentat taz-zijiet fuq ħajtu, Klodoald kiber japprezza s-separazzjoni tiegħu mid-dinja u l-ħajja ta’ silenzju.

Fl-età ta’ għoxrin sena, San Klodoald ħalla l-ermitaġġ tiegħu, deher quddiem l-Isqof ta’ Pariġi mdawwar bil-mexxejja reliġjużi u ċivili u l-membri tal-familja rjali – il-familja rjali tiegħu. Klodoald kien prinċep u werriet tat-tron! Huwa deher liebes ħwejjeġ irjali u kellu mqass f’id waħda u ċoqqa fl-ieħor. Huwa offra ċ-ċoqqa lill-isqof li libbisielu bħala simbolu tar-rikkezzi “spiritwali” aktar milli dik “materjali”. Bl-imqass, l-isqof qata’ x-xagħar twil ta’ Klodoald, li kien simbolu tar-regalità tiegħu. Fis-silenzju u s-solitudni tal-ermitaġġ tiegħu, Klodoald stabbilixxa prijoritajiet f’ħajtu. Huwa kien jaf id-differenza bejn il-pjaċiri vera u dawk foloz.

Wara l-mewt tal-eremita San Severinu, Klodoald telaq mill-inħawi ta’ Pariġi biex isib aktar solitudni fil-foresta. Huwa fittex is-silenzju biex ikun jista’ jikkomunika ma’ Alla aktar mill-qrib filwaqt li jitlob għall-ħtiġijiet tan-nies. Alla wieġeb għat-talba tiegħu b’mod stramb billi bagħat lin-nies biex ifittxuh fil-foresta. Huma marru bil-mijjiet minħabba li semgħu li Klodoald kellu d-don tal-fejqan tal-ġisem u tar-ruħ. Il-ministeru tiegħu kien dak tal-fejqan u r-rikonċiljazzjoni.

Klodoald għex ħamest snin bħala eremita. Matul dawn is-snin, huwa qatta’ żmien jistudja l-Iskrittura. Dawn ma kinux snin moħlija għall-prinċep li kien ħarab mill-qorti rjali biex jgħix ħajja ddedikata lil Kristu! Għal din ir-raġuni l-artisti matul is-sekli dejjem urew lil Klodoald b’Bibbja f’idejh.

Għalkemm Klodoald qassam bosta rigali lill-oħrajn, kien hemm rigal wieħed li ma setax jagħtih – l-Ewkaristija, il-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu. In-nies irrikonoxxew dan, u ħafna ħeġġew lil Eusebju, Isqof ta’ Pariġi, biex jordna lil dan il-prinċep qaddis bħala saċerdot. L-isqof qabel ma’ dan u fis-sena 551 Klodoald ġie ordnat saċerdot għall-Knisja ta’ Pariġi. Hu sar ragħaj ta’ raħal żgħir li jikkonsisti minn rġiel u nisa foqra li kienu jistadu fix-xmara, u familji bl-irziezet fl-inħawi qrib Pariġi. Illum, ir-raħal (issa subborg ta’ Pariġi) jissejjaħ Saint Cloud.

Fir-raħal, San Klodoald uża d-doni tiegħu ta’ fejqan, ta’ pariri, ta’ predikazzjoni u ta’ ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-ministeru tiegħu għall-poplu. Hekk kif għaddew is-snin, iz-zijiet ta’ San Klodoald nidmu minn dnubhom u rrikonċiljaw ruħhom man-neputi tagħhom. Dawn iz-zijiet, min-naħa tagħhom, taw lura lil Klodoald ħafna kastelli, ereditajiet u artijiet, imma huwa biegħ xi wħud minn dawn il-propjetajiet u qassam il-ġid tiegħu lill-foqra. Huwa rċieva permess mingħand l-Isqof Eusebju biex juża porzjon żgħir ta’ dak il-ġid biex jibni knisja bl-idejh stess, li ddedikaha lil San Martin ta’ Tours.

San Klodoald kien jirradja dak il-ferħ kbir ta’ qalb Kristjana mimlija bl-imħabba ta’ Alla. Ħafna rrikonoxxew dan fih u marru jgħixu ħdejh. Biż-żmien, sar mexxej u għalliem ta’ dawk li ssieħbu miegħu. Huma ffurmaw komunità reliġjuża, mhux bħal kunvent jew monasteru, imma assoċjazzjoni ta’ persuni li ddedikaw ruħhom għall-imħabba ta’ Alla u s-servizz tal-proxxmu. L-aħħar seba’ snin tal-ħajja tiegħu, San Klodoald għexhom f’din il-komunità marbuta mal-Knisja ta’ San Martin ta’ Tours. Imdawwar mill-komunità, miet fil-paċi fis-7 ta’ Settembru, tal-560, fl-età ta’ 38 sena.

San Klodoald, jew Clodoald sar l-isem ta’ diversi bliet u rħula. Dawn jinkludu s-subborg ta’ Saint Cloud ta’ Pariġi, u wara Saint Cloud, Minnesota, id-Djoċesi Kattolika tiegħu tqiegħdet taħt il-patroċinju tiegħu.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.