Illum il-Knisja tfakkar lil San Injazju minn Santhia


Fit-22 ta’ Settembru l-Knisja tfakkar lil San Injazju minn Santhia, Presbiteru li għex bejn is-snin 1679 sa 1770.

Injazju Balocco tilef lil missieru meta kellu biss 7 snin u ħa ħsiebu qassis qaddis. Meta kiber huwa sar qassis u ngħaqad mal-Kapuċċini ta’ 30 sena.

Huwa għamilha ta’ sagristan, ta’ majjistru tan-novizzi, ta’ kappillan militari, kien imfittex ħafna bħala konfessur u kien mitlub jagħti ħafna konferenzi spiritwali.

Darba missjunarju fil-Kongo kiteb lil Patri Injazju biex jitlob għalih għaliex kellu xi mard f’għajnejh li kien se jġiegħlu jħalli l-Kongo. Il-qaddis talab li l-mard tal-missjunarju jieħdu hu, għaliex hu kien ta’ ftit siwi. Għajnejn il-missjunarju fiequ, iżda Patri Injazju ma baqax fil-kariga tiegħu għax għajnejh tant tgħarrqu li ma setax jaqra aktar, għalkemm aktar ‘il quddiem huwa fieq bl-għajnuna tat-tobba f’Turin.

Injazju rnexxielu jirbaħ ir-rispett tal-ħbieb u l-għedewwa tiegħu bil-kura sagramentali u spiritwali li tahom kif ukoll bil-kura medika li hu amministralhom. Kif intemmet il-gwerra, irritorna għall-ħajja regolari ta’ Capuchin Hill.

Imbagħad ingħata l-kompitu ta’ konfessur u għalliem reliġjuż lil lajċi rġiel, u kien f’dan ix-xogħol li seta’ jkompli juri l-imħabba tiegħu għal ħutu. Dan kien evidenti minħabba li ma kienx jaħsibha darbtejn biex jagħti daqqa t’id meta kien jara l-ħtieġa.

Meta xjaħ, kien jiddedika ħin biex iżur il-morda u l-foqra tal-belt ta’ Turin. Eluf kienu jmorru bi ħġarhom lejn Capuchin Hill ta’ kuljum biex jirċievu l-barka min għandu jew biex jisimgħu kelma ta’ faraġ. Saħħtu bdiet tħallih u beda jipprepara għall-mewt.

Il-patri xwejjaħ tant maħbub miet mewta qaddisa u straħ fis-sliem fit-22 ta’ Settembru, 1770 fl-età ta’ 91 sena. Kien ilu mal-Kapuċċini għal 54 sena. Miet b’fama tal-mirakli, f’jum li hu stess kien ħabbar minn qabel. Ġie ddikjarat beatu mill-Papa Pawlu VI fis-17 ta’ April, 1966 u qaddis mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fid-19 ta’ Mejju, 2002.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.