Dom Mauro Inguanez twieled fil-21 ta’ Settembru 1887 ġewwa l-Isla, u fis sena 1906 ingħaqad mal-ordni tal- Benedittini ġewwa l-Abbazija ta’ Montecassino. Ġie ordnat saċerdot fl-1911.
Sena wara laħquh Arkivizta u Librar, xogħol siwi li wettaq għal -32 sena sħaħ. Kien mogħni b’kapiċatajiet intelletwali kbar u ħila xjentifika, kultura profonda li waslitu biex isir wieħed mill- aktar skulari distinti ta’ żminijiet ta’ nofs fl- Italja u fid- dinja. Kien magħruf ħafna fuq il- bidu tad- drama qaddisa u fuq il- Liturġija fil- pubblikazzjoniet li kien joħroġ. Dawn għenu biex izommu t- tradizzjoni kulturali u qadima tal-ordni Benedittin. Ħareġ katalgu bil- Latin li kellu tliet volumi, fejn kull wieħed kien maqsum f’żewġ taqsimiet; fejn ikkataloga u ġabar il- manuskritti u d- dokumenti tal – kodiċijiet miżmuma fl – Abbazija. Dawn ġew miġbura u ppublikati bejn is- sena 1915 u 1941.
Fis- sena 1936 skopra u ppublika studju interessanti fuq dram tal- Passjoni tas- seklu tnax, xogħol utli li laqgħet l-istudjużi tal- lingwa u tal- Medjuevu. Din kienet waħda mill- eqdem drammi tal- Passjoni fl- Italja, u tqieset fundamentali mill- kritiċi kontemporanji għax tefgħet dawl ġdid fuq l- iżvilupp tat- Teatru bħalha esspressjoni artistika. Id – dramm ipprovda raġuni valida li numru ta’ kliem tat- Taljan mitkellem jew il- Vulgari sab postu f’xogħlijiet bil- Latin. Madankollu fis- sena 1943 fix- xahar ta’ Ottubru waqt l-eħrex attakki bl –ajru Dom Mauro ġarr l-aqwa manuskritti ta’ Keats u Shelley ġewwa Ruma u dan kompla jgħinu biex ikun aktar magħruf u jikseb fama internazzjonali.
B’ħasra kbira Montecassino ġġarbet fi Frar tas – sena 1944. Dom Mauro għamel sitt xhur jgħix fl-Amerka biex jerġa jikseb il- fondi biex jerġa jibni l-Abbazija mill – ġdid. Fis- sena 1947 reġa lura Malta u laħaq Librar fl- Universita ta’ Malta. Għamel xogħol ta’ valur kbir, billi ġabar ukoll l-arkivji tal- Ordni kif ukoll ir-restawr, qassamhom f’ katalgi, u ġabar informazzjoni minsija min bosta manuskritti antiki. Skopra ukoll edizzjonijiet mhux tas- soltu ta’ kotba qodma. Kien juri interess kbir ukoll fl-arkivji Maltin iżda n – nuqqas ta’ saħħa xeklitu, u waslitu biex itemm ħajja akkademika barra min Malta; Bosta mill- istudji tiegħu twettqu matul żewġ perjodi ta’ ħajtu. L-ewwel parti saret bejn il- 1912 u l- 1934 f’ Montecassino filwaqt li t- tieni parti waqt li kien Arkivista f’Malta bejn il- 1947 u 1955.
Nixtieq nagħti ħarsa lejn it- tfulija ta’ Dom Mauro u r- rabta tiegħu mal- Belt ta’ l-Isla. Kif semmejna fil- bidu twieled fil- 21 ta’ Settembru 1887 min Manwel Inguanez u Vittoria Jaccarini, u fil- magħmudija ġie mogħti l-isem ta’ Franġisku. Il- familja tiegħu kienet toqgħod f’numru 103, Triq iż- Żewġ Mini. Beda jkollu kuntatti ma’ nies importanti wara li sar Arkivista u Bibliotekarju ta’ Montecassino. Għalkemm kien barra min pajjiżu baqa iħobb lill- Isla u ħadem bi sħiħ biex ikabbar il- ġieħ tagħha. Stinka flimkien ma Don Goffred Lubrano biex it- titlu ta’ Bażilika jingħata b’rabta mal- Inkoronazzjoni tal- Bambina. Dom Mauro feraħ bl- għajnuna li setgħa jagħti u fittex il- Kardinal Vies li kien ħabibu. Fit- 30 ta’ Settembru 1920 Dom Mauro talab li jsir rikors mill- Kapitlu ta’ l-Isla u mill- Kumitat Organizzativ tal- Inkoronazzjoni ħalli l- Papa Benedittu XVI japprova t- titlu ta’ Bażilika bir- rakomandazzjoni tal- Arċisqof. L-Arċipriet Adami fl- 21 ta’ Settembru 1920 kien qara r- rikors fl-Awla Kapitulari u dan kien jiġbor fih dawn il- merti:
- Il- Paroċċa hi mibnija bħala monument tal- assedju l- kbir u tissejah il- knisja tal- Vittorja.
- Il- Belt għandha t- titlu tal- Invicta għax- ma rebhuwiex il- Misilmin.
- Il- Papa Piju XI għollija għal- ġieħ ta’ Kolleġjata Insinji
- Kien hemm devozzjoni kbira lejn l-istatwa tal- Bambina, li wasslet fil- Belt b’mod mirakoluż u kienet qilha hemm madwar 300 sena.
- Kellha titpoġġa Kuruna tad- deheb fuq- ras il- Bambina għax fl- 1 ta’ Mejju 1920 il- Vatikan kien ħareġ ir – reskritt tal- Inkoronazzjoni.
- Id- devozzjoni tkompliet toktor għax il- Poplu kien ħerqan li jagħti kontribuzzjonijiet għal – Kuruna tad- deheb biex titqieghed fuq ras il- Madonna.
F’ġimgħa nġabbru 300 offerta ta’ deheb, ġawar, djamanti u liri tad- deheb. Dan ir- rikors tressaq lill- Arċisqof Caruana fis- 27 ta’ Settembru, 1920, u dan avzahom li kien se jressaq relazzjoni tajba lis- Santa Sede. Dan it- tagħrif twassal lill- Dom Mauro Inguanez fil- bidu ta’ Ottubru u dan għarraf lill- Kardinal Vico li kien jieħu ħsieb dawn l-affarijiet. Is- Santa Sede riedet informazzjoni dwar il- Konsagrazzjoni u r- relikwi ta’ Qaddisin li kellha. Kien diġa deċiz li l- Inkoronazzjoni kellha ssir fis- sena 1921, madankollu il- Kapitlu stinka biex it- titlu ta’ Bażilika jingħata qabel ma ssir l- Inkoronazzjoni. Kien hemm korrespondenza ma’ Dom Mauro dwar artal, mejda, u t- tribuna bażilikali għax kellu l-għajnuna tal- Benedittini f’Ruma għax ftiehem li jħallas l-ispejjez tad- digriet malli dan joħroġ, iżda inqalgħu xi diffikultajiet fl-aħħar li wasslu biex dan ma jilħaqx joħroġ sa nofs Diċembru tas- sena 1920. Fit- 3 ta’ Jannar 1921, il- Papa Benedittu XVI ħareġ l-ewwel ittri appostoliċi tiegħu għal dik is- sena. Kien id- dokument tal- erezzjoni tal- knisja parrokjali ta’ l-Isla bħalha Bażilika. B’dan id- dokument tal- Papa nkiteb paġna oħra tad- deheb fl- istorja ta’ l-Isla.
“Bħalha tifkira għall – dejjem fil- Belt ta’ l-Isla hemm mibnija knisja f’ġieh it- twelid tal- Verġni Mqaddsa Marija msejħa “tal- Vittorja”, li nbniet biex tinżamm dejjem ħajja t- tifkira glorjuża tar- rebħa kontra l-eżerċitu tat- Torok fil- 1565, bħalha radd ta’ ħajr kif f’dan il- periklu kbir sfat meħlusa. Il- predeċċessur tiegħi Piju XI żejjen din il- knisja bit- titlu u l – ġieh ta’ Kolleġjata Insinji. Bl-okkazjoni ta’ ferħ tal- Inkoronazzjoni tal- istatwa tal- Bambina, meqjuma b’devozzjoni kbira, l- Kapitlu, l- Kleru flimkien mal- kumitat tal- Inkoronazzjoni, talbuna ukoll biex dan it- tempju qadim ngħolluh ukoll għat- titlu ta’ Bażilika Minuri. Meta ġibna dawn it- tifkiriet glorjużi, ġġudikajna li nilqgħu r- rikors min qalbna, u smajna l- fehma tal- Kardinal Vico li hu l- Prefett tal- Kongregazzjoni tar- Riti.” – Kard. Pietro Gasponi segretarju tal- Istat –
L-Inkorunazzjoni saret fl- 4 ta’ Settembru 1921, u l-Isla kienet mżejna għal- okazzjoni. Triq il- Vittorja ssaqfet b’kannizata ta’ ħaxix u dawl, u nġabu murtali mill- Ġermanja. Qabel din il-festa saret ukoll missjoni ta’ tlett ijiem biex il- Poplu jitħejja ukoll Spiritwalment.
Dom Mauro kien ħejja t- triq biex l-Isla tikseb ġieh kbir, u tajjeb li nikonkludu billi ngħidu li ħareġ bosta publikazzjonijiet li jitrattaw l- istorja tal – abbazija u l- libreriji magħrufa li jammontaw madwar 169 xogħlijiet. Għadda għall – ħajja ta’ dejjem fis- 17 ta’ Ottubru 1955.
Minn Patri Hermann Duncan O.Carm