Isqof imut bil-Covid 19

Print Friendly, PDF & Email

“Urejtu l-wiċċ sabiħ t’Ommna l-Knisja” – funeral tal-Isqof Giovanni D’Alise

“Grazzi, għażiż ħija, għax, flimkien ma’ tant saċerdoti, urejtu l-wiċċ sabiħ t’Ommna l-Knisja! Wara x-xhieda li inti tajt tul din l-ħajja, wara s-salib li wassal għat-tmiem tal-eżistenza tiegħek fuq din l-art, ħallejtna nħarsu u nħossu fina l-wiċċ ta’ l-Irxoxt, li huwa l-għan tal-vjaġġ tagħna, u dak li jagħti tifsira lill-pellegrinaġġ tagħna u lil nerġaw niskopru mill-ġdid lilna nfusna bħala ‘Lkoll Aħwa’.” Hekk qal ilbieraħ il-Kardinal Gualtiero Bassetti fil-funeral ta’ Mons. Giovanni D’Alise, li kien Isqof ta’ Caserta, fl-Italja u li miet bil-Co-vid 19.

Bħal Isqof D’Alise, hemm diversi saċerdoti li għall-imħabba u l-kura pastorali tal-bnedmin taw litteralment ħajjithom kollha. “Dawn huma l-veri teżori tal-Knisja u tal-umanità”. 

Il-Kardinal Bassetti żied fl-Omelija tiegħu li “Dan il-virus qalil, li laqgħat bosta djar, ma ħelisiex lanqas lis-saċerdoti, reliġjużi u inqas u inqas lil isqfijiet. Xi wħud fiequ, oħrajn bħal Isqof Ġiovanni ma rnexxielux.”

Saċerdoti li kienu qrib tal-poplu u li huma qdew u kkonfortawhom f’dak li hu spiritwali kif ukoll dak materjali.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/5/funerali-mons-dalise-card-bassetti-ci-hai-fatto-scorgere-il-volto-bello-della-nostra-chiesa-madre/

Kif ukoll:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/5/funerali-mons-dalise-card-bassetti-voglio-ricordare-tutti-i-sacerdoti-che-generosamente-hanno-donato-la-vita-nelle-stesse-circostanze/

%d