Minħabba raġunijiet evidenti ta’ saħħa, din is-sena il-PFI qed joffru l-korsijiet tagħhom online.
Għal sena akkademika oħra l-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed joffru diversi korsijiet, fosthom Developing Environmental Responsibility, Family Ministry, The search for Christian unity, u oħrajn.
F’din il-video clip ta’ hawn taħt, Fr Jimmy Bonnici, Direttur tal-Istitut għall-Formazzjoni Pastorali jagħti tagħrif dwar dan l-Istitut …
Il-Mixja lejn is-Sbuħija.
Wieħed mill-korsijiet li l-PFI qed jerġa joffri din is-sena huwa dwar il-Mixja lejn is-Sbuħija, The Way of Beauty, koordinat minn Ms Gulia Privitelli. Hija tagħti aktar tagħrif dwar il-kors f’din il-video clip.
F’kollaborazzjoni ma’ Istituti u Entitajiet oħra.
Diversi korsijiet qed ikunu offruti f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra fosthom l-Istitut Agostinjan u dak Karmelitan, il-Moviment ta’ Kana, is-Segretarjat għall-Katekeżi u l-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta.
Għal min huma dawn il-korsijiet?
Imma għal min huma dawn il-korsijiet? Min jista’ japplika għalihom? Iwieġeb Fr Jimmy Bonnici nnifsu …
Għal aktar tagħrif dwar il-PFI, dwar il-korsijiet u dwar kif tista’ tapplika idħol f’dan is-sit … http://maltapfi.org/courses.php