Ħarġa oħra ta’ “Il-Ħajja f’Għawdex”

Print Friendly, PDF & Email

Il-Ħajja f’Għawdex, Ottubru 2020, Nru 1021

L-edizzjoni ta’ Ottubru ta’ Il-Ħajja f’Għawdex għandha ritratt impressjonanti fil-qoxra tagħha li juri l-Kappella ċkejkna ta’ San Ġużepp fiċ-Ċittadella, kif wieħed jilmaħha minn taħt il-ħnejjiet uniċi Medjevali maħduma fil-ġebla lokali.

Ritratti oħra jinkludu dak tal-bajja pittoreska ta’ Marsalforn fl-1918 u faċċata partikulari fir-raħal tal-Għasri. Bħas-soltu f’din il-ħarġa wieħed isib ukoll aħbarijiet djoċesani u artikli reliġjużi, bħal avvenimenti li għalihom attenda l-Isqof il-ġdid, bijografiji ta’ saċerdoti li ħallewna, it-tieni parti ta’ serje fuq il-kult ta’ San Ġużepp, pitturi fil-Bażilika tax-Xagħra, u riflessjonijiet spiritwali. Iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-gżira tletin sena ilu hi mfakkra b’żewġ artikli oħra. Fuq nota differenti, Nadur Youngsters, il-kampjuni attwali tal-futbol, jissemmew f’artiklu sportiv, waqt li nsibu riċensjoni ta’ ktieb ippubblikat dan l-aħħar dwar l-istorja tal-bizzilla Għawdxija. Għandna wkoll satira, filatelija, u artiklu dwar l-imxija tal-ġidri r-riħ fis-seklu dsatax. Għadu attwali, tista’ tgħid!

Il-Ħajja f’Għawdex, October 2020, No 1021

October’s edition of Il-Ħajja f’Għawdex comes with an impressive front cover photograph of the humble Chapel of St Joseph in the Citadel, showing a rare Saracenic arch carved in local stone in the foreground. Other photos include a 1918 image of the then fishing village of Marsalforn, while another shows a row of quaint doorways in the village of Għasri. The lion’s share of copy is as usual devoted to diocesan news and religious topics, such as events attended by the new Bishop, biographies of departed clergy, the second part of a series on the cult of St Joseph, paintings in the Xagħra Basilica, and spiritual reflections. The visit of Pope John Paul II to the island thirty years ago is marked by two more articles. On a different note, Nadur Youngsters, the current football champions, are paid due homage in a full-page article, while a recently published book on the history of Gozo lace is reviewed. We are also offered satire, philately, and a revisiting of a local outbreak of an infectuous disease in the 19th century. Still topical, you might say.

%d