Fr. Michael McGivney jiġi dikjarat Beatu


Ilbieraħ, ġew dikjarati sitt Beati Amerikani, fosthom Fr. Michael McGivney, fundatur ta’ Knights of Columbus. Din hija organizzazzjoni fraterna magħrufa għal l-eluf ta’ proġetti ta’ karitá li twettaq madwar id-dinja kollha. Iżda l-beatifikazzjoni ta’ Fr Mc.Givney tagħraf il-ħajja personali tiegħu ta’ qdusija, u mhux minħabba x-xogħol li jagħmlu l-Kavallieri. U l-ħajja ta’ qdusija tiegħu kienet pass importanti biex tibdel lir-rwol għall-Kattoliċi fl-Istati Uniti.

Fr Michael McGivney

Illum, ħafna Kattoliċi, ma għandhomx idea, kemm kienet iebsa li tkun kattoliku u Amerikan 138 sena ilu. Fr. Michael twieled minn familja Irlandiża li emigraw lejn l-Amerika. Mill-esperjenza tiegħu stess, Mc.Givney għaraf l-effett devastanti fuq il-familji emigranti meta jiġi nieqes il-missier li kienu jiddependu biss fuq il-paga tiegħu. Ħafna kattoliċi sabuha diffiċli biex jidħlu fl-ekonomija Amerikana.

Fid-29 ta’ Marzu, 1882, meta kien viċi-kappillan tal-Knisja ta’ Santa Marija, bi grupp żgħir mill-parroċċa waqqaf il-Kavallieri ta’ Kolombu, biex jagħtu għajnuna finanzjarja lir-romol nisa u lill-uliedhom meta jitilfu lil żwieġhom. L-organizzazzjoni żvilupat bħala soċjetá fraterna biex jagħtu appoġġ għall-irġiel u għajnuna finanzjarja tagħhom. Dan għamluh permezz ta’ poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja.

Fr Michael McGivney ried iżomm lil parruċċani tiegħu u l-familji parrokkjali tiegħu b’saħħithom fil-fidi, dan minħabba li fis-seklu 19, fl-Amerika, s-sentiment anti-kattoliku kien qawwi ħafna, allura kien hemm ir-riskju li l-kattoliċi jirtiraw milli jkun parti mis-soċjetà, minħabba li kienu jiġu emarġinati. “Iżda minflok, l-idea ta’ Fr McGivney kienet: ‘Le, ser nidħlu fis-soċjetà. Ser nagħmlu d-differenza, u ser nagħmluh f’termini ta’ karità u unità, taħt l-idea ta’ fratellanza’”, hekk stqarr Sir Carl Anderson, suprem tal-Kavallieri ta’ Kolumbu.

Fr Michael McGivney miet lejliet il-festa ta’ Santa Marija, fl-etá ta’ 38 sena.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/church/news/2020-10/beatification-michael-mcgivney-knights-columbus-carl-anderson.html