Il-Papa Franġisku jaħtar lil Mons. Silvano Maria Tomasi bħala Delegat Speċjali tal-Ordni Sovran ta’ Malta.
Il-Ħadd li għadda, l-Papa Franġisku ħatar lil Arċisqof Silvano Maria Tomasi biex ikun id-Delegat Speċjali tiegħu tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalem, Rodi u Malta (S.M.O.M.). Ħa tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu li jaġixxi bħala interlokutur fit-tmexxija tal-Ordni fil-proċess tar-riforma tal-Karta u l-Kodiċi tal-Kostituzzjoni tagħha. Hu ħa jkun il-kelliem esklussiv tal-Papa għal dak kollu li għandu x’jaqsam mar-relazzjonijiet bejn is-Sede Apostolika u l-Ordni.
L-Arċisqof Tomasi, li ser jitla’ għall-grad ta’ Kardinal waqt il-Konċistorju li ser issir fit-28 ta’ Novembru, ġie wkoll inkarigat biex fit-8 ta’ Novembru, fit-tmiem il-laqgħa tal-Kunsill, jirċievi l-ġurament tal-persuna li se tkun eletta Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta.
Mons. Tomasi li għandu 80 sena, huwa saċerdot Skalabrinjan, u għandu esperjenza twila fis-servizz diplomatiku tas-Santa Sede. Huwa l-ex Osservatur Permanenti għan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra u kkollabora mad-Dikasterju għall-promozzjoni tal-Iżvilupp Uman Integrali.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: