Niġerja: Militanti Iżlamiċi joqtlu 12 il-Kristjan, u jaħtfu nisa u tfal.

Print Friendly, PDF & Email

Il-kriżi nazzjonali fin-Niġerja, li ta’ kuljum l-Insara qed jiġu ppersegwitati, kibret sew. Dan qed isseħħ minħabba nuqqas ta’ azzjoni kontinwa minn naħa tal-gvern Niġerjan u l-infurzar tal-liġi. Raħħala Fulani Musulmani, kif ukoll il-grupp terroristiku Boko Haram u l-Istat Iżlamiku tal-Afrika tal-Punent (ISWAP), li hu fergħa tal-Boko Haram, qed jitterrorizzaw u joqtlu b’impunità lill-Insara fin-Niġerja. Meta jagħmlu dan, kważi fil-każijiet kollha jkun hemm ftit jew ebda rispons sinjifikanti mill-gvern jew militar Niġerjan.

Filgħodu tal-1 ta’ Novembru, waqt li s-servizzi liturġiċi kienu qed iseħħu, militanti estremisti Iżlamiċi, fil-grigal tan-Niġerja attakkaw villaġġ prinċipalment Kristjan qrib Chibok, fejn qatlu 12-il Kristjan u ħatfu nisa u tfal. F’Takulashi, inqas minn 10 mili l-bogħod minn Chibok, fejn fis-sena 2014, ir-ribelli tal-Boko Haram kienu ħatfu 276 tifla, l-aggressuri waslu b’armi awtomatiċi fuq sitt trakkijiet armati bil-pistoli u tlett vetturi heavy-duty fejn bdew jisparaw  kull min kien jiġi quddiemhom.

Ishaku Musa, resident li kien hemm waqt l-attakk stqarr: “Ħarqulna djarna u ħarġu oġġetti tal-ikel mid-djar tagħna”. Hu kompla jgħid li “fit-tmiem tal-isparaturi u sakkeġġi, li damu madwar sagħtejn, 12-il ruħ mill-komunità ġew maqtula, tlett nisa u erbat itfal ġew maħtufa mill-militanti tal-Boko Haram”. Saċerdot kien fost dawk maqtula.

Raħħala qed jissuspettaw li l-aggressuri kienu militanti tal-Boko Haram, li jfittxu li jimponu Sharia (liġi Islamika) fin-Niġerja kollha, peress li dan il-grupp huwa magħruf għall-attakki fuq il-villaġġi u komunitajiet Insara.

Fil-Lista Dinija tal-Osservazzjoni Dinija tal-2020, in-Niġerja kklassifikat fit-12-il post fejn il-Kristjani jsofru l-iktar persekuzzjoni, iżda t-tieni fin-numru ta’ Kristjani li qed jiġu maqtula għall-fidi tagħhom. L-iktar pajjiż li jinqatlu Insara għat-twemmin tagħhom hu l-Pakistan.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://christianpersecution.com/nigeria/nigeria-islamist-militants-kill-12-christians-kidnap-women-and-children/https://christianpersecution.com/nigeria/nigeria-islamist-militants-kill-12-christians-kidnap-women-and-children/

%d