Liberi minn kull frugħa tad-dinja


It-Tlieta, 10 ta’ Novembru 2020: Quddiesa u Rużarju mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fit-tifkira tal-Papa San Ljun il-Kbir. Kappella tal-Madonna ta’ Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana.

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

X’qed tipprova tgħidilna din il-kelma ta’ Ġesù llum? Aħna nafu li mhux veru li ma niswew għal xejn, anzi l-Mulej iridna nieħdu sehem bit-talenti li għandna, bit-talenti li tana, biex inkunu ta’ servizz għal xulxin u anke għas-saltna tiegħu.

Li jixtieq huwa li nkunu liberi nagħmlu dak li għandna nagħmlu mingħajr ma nistennew ħafna promotions, ċfuf, titli, u onorifiċenzi. “Għamilna biss dak li kellna nagħmlu” (Lq 17:10). Kultant inħares lejja nnifsi fil-mera, inħares lejna, u nara ħafna għatx għall-frugħa. Il-Mulej, permezz tal-kelma tiegħu, qed jippurifikana minn dan kollu, jixtieqna liberi. Kemm tkun ħaġa sabiħa li fid-dinja tagħmel dak li għandek tagħmel u s-sodisfazzjon li jkollok hu għax għamiltu. Mhux qed tippretendi li jċapċpulek jew ifaħħruk, għax ġeneralment iċapċpuhielek mhux iċapċpulek.

Kemm hawn frugħa li aħna naqgħu fit-tentazzjoni li nixxenqu għaliha. Jiena għamilt dak li kelli nagħmel; l-għażla li għamilt kienet imdawla mill-Mulej, dak għandu jkun is-sodisfazzjon tagħna. Għaliex aħna qaddejja tiegħu. Imma ma ninsewx li dak li jgħidilna Ġesù, tipikament l-ewwel li jagħmlu huwa hu.

Lil Missier, meta ra ġej dal-kalċi fuqu ta’ mrar, qallu: “Jekk jista’ jkun jgħaddi minn fuqi dal-kalċi” imbagħad il-Mulej waqaf fl-Ort tal-Ġetsemani u qallu: “Mhux li rrid jien imma li trid int” (ara Lq 22:42). Kemm tkun ħaġa sabiħa li aħna nitgħallmu minn Ġesù nkunu liberi minn kull frugħa tad-dinja.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Il-Qari tal-Quddiesa:
Qari I: Tit 2, 1-8.11-14
Salm: 36 (37), 3-4.18 u 23.27 u 29
Evanġelju: Lq 17: 7-10

Sors: www.knisja.mt

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.