Terz tan-nisa jgħixu fil-biża’ tal-vjolenza

L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru jimmarka l-Jum Internazzjonal għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, li tfittex li tqajjem kuxjenza dwar dak li n-Nazzjonijiet Uniti sejħulu ‘shadow pandemic’.

L-NGO Spanjola Manos Unidar (Idejn Uniti) għaqdet il-vuċi tagħha ma’ dawk ta’ ħafna oħrajn biex turi s-sitwazzjoni li fiha jinstabu għadd ta’ nisa. “Is-soċjetajiet ma jistgħux jibqgħu ndifferenti għall-abbuż u l-vjolenza”, jistqarr Ricardo Loy, is-Segretarju Ġenerali tal-organizzazzjoni Kattolika. “Ma nistgħux ma nirrispettawx il-fatt li 30% tan-nisa u l-bniet tad-dinja jgħixu fil-biża’ tal-vjolenza, li jitkellmu, jew tar-reazzjonijiet ta’ dawk ta’ madwarhom… U dan kollu quddiem apatija mifruxa minn ħafna mis-soċjetà”.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, madwar terz tan-nisa kollha f’relazzjoni ġew soġġetti għal vjolenza fiżika u / jew sesswali mis-sieħeb tagħhom. In-Nazzjonijiet Uniti iżżid li l-vjolenza domestika f’ħafna pajjiżi sparat il-fuq bi 30%  waqt lockdowns mifruxa aktar kmieni din is-sena u li seħħew minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Madankollu, studju riċenti jgħid li dejta minn 30 pajjiż jindika li kienu biss 1% tan-nisa li ġew abbużati li fittxew għajnuna professjonali.

Is-Sur Loy qal li ‘Manos Unidas’ issib ruħha taħdem fuq diversi fronti f’nazzjonijiet li qed jiżviluppaw minħabba li l-vjolenza mhix limitata biss għat-tip fiżiku jew dik domestika. Huwa rrimarka li l-edukazzjoni mwettqa mill-NGO, “għandha l-għan li tittratta dawk id-drawwiet reliġjużi jew kulturali li jagħmlu ħsara fiżika lin-nisa, jew jagħmluhom inviżibbli u jeskluduhom”.

Grazzi għall-għajnuna ta’ ‘Manos Unidas’, Fr. Koteh qal li l-Caritas lokali kienet kapaċi tidħol fil-ġlieda kontra l-kultura tas-skiet, u li żammet lill-vittmi milli jmorru għand l-awtoritajiet. Issa, “n-nisa, l-bniet u l-familji huma lesti li jitkellmu bil-miftuħ dwar l-abbuż, u l-partijiet ħatja jitressqu quddiem il-ġustizzja”. Fr Konteh qal li l-akbar suċċess tal-proġetti kien fis-Sierra Leone fejn ħafna nies saru konxji tal-kruhat tal-vjolenza fuq in-nisa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/world/news/2020-11/elimination-violence-against-women-day-manos-unidas.html