It-tliet Covids tal-Papa Franġisku

Print Friendly, PDF & Email

Papa Franġisku: “It-tliet mumenti ta’ solitudni ta’ ħajti”.

Qabel ħareġ il-ktieb il-ġdid “Ejjew Noħolmu: It-Triq għal Futur Aħjar”, li l-Papa Franġisku ħareġ mal-awtur u l-ġurnalist Ingliż Austen Ivereigh, il-gazzetta Taljana ‘La Repubblica” ppublikat silta li fiha l-Papa jiddeskrivi tliet mumenti personali ta’ solitudni  – ‘Covid’ fil-ħajja tiegħu. “Esperjenzajt tliet ‘Covids’ f’ħajti: l-marda tiegħi, l-Ġermanja u Córdoba”.

L-Ewwel mument tiegħu bħal ‘Covid’ wasal fl-età ta’ 21 sena, meta matul it-tieni sena tiegħu fis-Seminarju fi Buenos Aires marad b’infezzjoni fil-pulmun. Huwa jgħid li l-esperjenza bidlet kif ra l-ħajja, u din tatu idea tajba kif iħossuhom n-nies b’Covid-19 waqt li jitħabtu biex jieħdu nifs fuq il-ventilaturi. “Niftakar għannaqt lil ommi u għidtilha: ‘Għidli biss jekk se mmut’.”

“Ejjew noħolmu”

Il-Papa Franġisku jgħid li żewġ infermiera għenuh ħafna meta kien l-isptar. Waħda, Sor Cornelia Caraglio, li salvatlu ħajtu għax żiedet id-doża ta’ medikazzjoni mingħajr l-għarfien tat-tabib. U l-oħra hi Micaela, li wetqet ġest simili ta’ ħniena meta tagħtu pirmli kontra l-uġigħ meta kellu uġigħ qawwi. “Huma baqgħu hemm sal-aħħar, sal-irkupru eventwali tiegħi”.

Minn dik l-esperjenza qrib il-mewt, jgħid il-Papa, huwa tgħallem l-importanza li jiġu evitati kliem ta’ konsolazzjoni żejda . Ħafna nies offrew wegħdiet vojta ta’ fejqan ta’ malajr, għalkemm qalluhom b’intenzjonijiet tajba. Sor Maria Dolores Tortolo, li kienet għallmitu meta kien żgħir, kienet daħlet ħdejh, qabditlu idu w bissitielu u qagħdet bilqegħda fis-silenzju. Fl-aħħar qaltli: “Qed timita lil Ġesù”. Kliemha u l-preżenza tagħha għalmuh jitkellem mill-inqas possibli meta jżur il-morda.

Iż-żmien tiegħu fil-Ġermanja fl-1986, il-Papa Franġisku jsejjaħlu bħala l-‘Covid tal-Eżilju’. Hu mar hemm biex jistudja l-lingwa u jfittex il-materjal biex jispiċċa t-teżi tiegħu, ‘mma ħassu bħal ħuta barra mill-ilma. Huwa qatta’ ħafna ħin jara l-ajruplani telgħin u neżlin fl-ajruport ta’ Frankfurt. Meta l-Arġentina rebħet it-Tazza tad-Dinja matul iż-żmien li kien hemm, huwa ħass is-solitudni ta’ rebħa li ma setax jaqsam.

Il-Papa jkompli jiddeskrivi t-tielet esperjenza tal-Covid tiegħu ta’ solitudni, li seħħet bejn l-1990 u 1992 matul iż-żmien tiegħu f’ Córdoba, l-Arġentina. Huwa qal li din kienet il-bidla mill-qiegħ fil-ħajja tiegħu, bidla radikali, għax setgħa jiffokka fuq il-mod tiegħu ta’ tmexxija.

Il-Papa qatta’ sena, għaxar xhur u tlettax-il ġurnata fir-residenza tal-Ġiżwiti, jiċċelebra l-Quddiesa, jisma’ l-Qrar u joffri direzzjoni spiritwali. Huwa bilkemm ħareġ mid-dar, u sejħilha speċi ta’ lockdown imposta minnha nnifisha, li għamliltlu l-ġid. F’dan iż-żmien huwa kiteb u talab ħafna, u żviluppa l-ideat.

Córdoba, jgħid il-Papa, kienet tassew purifikazzjoni. Kabritu fit-tolleranza, l-ħila li jaħfer, li jifhem w aktar empatija għal dawk bla setgħa, u speċjalment għenitu fil-paċenzja. Il-Papa Franġisku jgħid li dawn it-tliet Covids personali għallmuh li t-tbatija kbira għandha l-poter li tbiddlek għall-aħjar, jekk dejjem tħalliha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2020-11/pope-francis-let-us-dream-book-ivereigh-excerpt-summary.html