F’pajjiż massiv tal-Kongo kif ukoll f’ħafna oħrajn fl-Afrika, il-ġiħadisti Iżlamiċi qed ikunu aktar aggressivi. Il-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), huma suspettati li wettqu attakk li fih inqatlu 20 Kristjan. Dawn huma biss “wieħed minn bosta gruppi ta’ ribelli li joperaw fil-grigal tal-Kongo”. L-ADF huwa allinjat mal-ISIS. Skond Pastor Kongoliż, “il-militanti ribelli beħsiebhom jistabbilixxu stat Iżlamiku maħkum mix-Sharia (liġi Iżlamika)”.
Dan l-attakk seħħ bejn l-20 u l-25 ta’ Novembru fl-irħula fil-Provinċja ta’ Kivu fin-naħa tat-Tramuntana, qal Pastor lokali li tilef il-familja tiegħu f’attakk fuq ir-raħal Mayitike, madwar 20 mil fil-majjistral tal-belt ta’ Beni.
“Huma ppruvaw iġiegħlu lil uħud mill-Insara tagħna jikkonvertu għall-Iżlam”, qal il-Pastor, li ismu jinżamm mistur għal raġunijiet ta’ sigurtà. “Huma ppruvaw ukoll jisfurżaw lil marti u lill-erba’ uliedna biex jikkonvertu għall-Iżlam, iżda meta dawn irrifjutaw li jikkonvertu, sparaw lil marti f’rasha waqt li l-erba’ uliedna ġew imqatta’ f’biċċiet b’xabla Somala”. Is-sors qal li kien ‘il bogħod mir-raħal tiegħu dakinhar tal-attakk u b’hekk ħajtu ġiet salvata.
“Kien hemm għadd kbir ta’ Nsara jiġru fit-toroq f’sitwazzjoni mwera, kif ukoll estremisti Musulmani radikali li dawru ħames Knejjes. Għaxar tfajliet kienu ġew stuprati u 15-il tifla nħatfu mill-Knisja Anglikana u l-Knisja Kattolika Rumana, b’14-il Kristjan iddaħħlu fi sptar f’qagħda kritika bi ġrieħi f’rashom, u oħrajn b’idejn u saqajn miksura minħabba l-użu ta’ pistoli, machete, xwabel u mannari Somali”.
Raħħala nklużi persuni li kellhom jaħarbu tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet Morning Star fejn stqarrew li militanti espremisti Iżlamiċi fix-xahar li għadda attakkaw ukoll l-irħula ta’ Kabumba, Mutwangano, Beni, Baeti, Kokola, Biangolo, Lisasa u Mutido. F’dan iż-żmien inqatlu aktar minn 50 Nisrani li rrifjutaw li jwaqqfu l-fidi nisranija tagħhom.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: