Mid-Dikasteru Pontifiċju għal-Lajċi, Familja u Ħajja …
1. Forum “Fejn ninsabu fl- Amoris Laetitia? Strateġiji għall-applikazzjoni tal-eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku. Dawn ser isir bejn id-9 u t-12 ta’ Ġunju 2021, mal-kapijiet tal-uffiċċji għall-kura pastorali tal-familja tal-konferenzi episkopali, kif ukoll mal-movimenti u assoċjazzjonijiet internazzjonali tal-familji.
2. Proġett “10 Videos Amoris Laetitia”: Il-Qdusija Tiegħu jispjega l-kapitoli tal-eżortazzjoni appostolika, flimkien ma’ familji li se jitkellmu dwar xi aspetti tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Kull xahar joħroġ filmat biex fid-djoċesijiet u fil-parroċċi tad-dinja kollha, iqajjem interess pastorali dwar il-familja.
3. #IamChurch: Sensiela ta’ vidjos b’xhieda dwar il-fidi u l-involviment ekkleżjali ta’ persuni b’diżabilità.
4. “Mixi mal-familji”: 12-il proposta konkreta ispirati minn Amoris Laetitia għall-mixi pastorali mal-familji.
5. Fid-dawl tal-10 Laqgħa Dinjija tal-Familji li ser issir Ruma f’Ġunju 2022, id-djoċesijiet u l-familji mad-dinja kollha huma mistiedna jxerrdu u japprofondixxu l-katekeżi li se jsiru disponibbli mid-Djoċesi ta’ Ruma u jimpenjaw ruħhom f’inizjattivi pastorali ad hoc.
6. Ċelebrazzjoni ta’ Jum għan-Nanniet u l-Anzjani.
Se jiġu pprovduti riżorsi għall-ispiritwalità tal-familja, għall-formazzjoni pastorali u attività għat-tħejjija taż-żwieġ, għall-edukazzjoni taż-żgħażagħ fil-maturità affettiva, dwar il-qdusija ta’ koppji miżżewġa u ta’ familji li jgħixu l-grazzja tas-sagrament fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Simpożji akkademiċi internazzjonali se jiġu organizzati biex jesploraw il-kontenut u l-implikazzjonijiet tal-eżortazzjoni appostolika fir-rigward ta’ temi attwali ħafna li jaffettwaw il-familji madwar id-dinja.