Il-Patrijarka ta’ Ġerusalemm jagħmel sejħa għall-għaqda

Print Friendly, PDF & Email

Nhar l-1 ta’ Jannar, il-Jum Internazzjonali għall-Paċi, il-Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm l-Arċisqof Franġiskan Pierbattista Pizzaballa, appella għal aktar għaqda fil-Knisja fl-Art Imqaddsa. 

F’dik il-ġurnata, l-arċisqof irrifletta fuq il-paċi minn perspettiva interna u ekkleżjasli, marbuta mal-ħajja djoċesana tal-Knisja lokali.  Hu sejjaħ għall-għaqda fid-dawl tal-Vanġelu. Fl-omelija tiegħu, il-prelat semma erba’ barrieri li qed iwasslu biex ikissru l-‘vjaġġ ekkleżjali’ tal-Komunita’ Kattolika fil-Patrijarkat u enfasizza l-ħtieġa li jindirizza dawn it-temi sabiex jirrendi l-ħajja tal-Knisja fil-lokalita’ aktar sabiħa. Il-klerikaliżmu, il-‘generation gap’, il-kumplimentarita’ ta’ komponenti lokali u universali u d-diversi identitajiet reliġjużi.

Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d