Fis-sena 2021, sitt kardinali se jagħlqu tmenin sena, l-eta’ li meta jilħquha, jitilfu s-sehem u d-dritt tal-parteċipazzjoni tagħhom f’konklavi.
L-ewwel wieħed huwa Gabriel Zubeir Wako, eks-arċisqof ta’ Khartoum fis-Sudan. Jagħlaq tmemin sena fis-27 ta’ Frar 2021. Ġimgħa wara, nhar it-8 ta’ Marzu, Wilfrid Napier, arċisqof ta’ Durban fl-Afrika t’isfel, jagħlaq tmenin. Imbagħad, nhar it-8 ta’ Ġunju, l-Awstraljan George Pell jagħlaq żmienu. Għal bosta snin kien prefett tas-Segretarjat għall-Ekonomija u membru tal-Kunsill tal-Kardinali. Nhar is-17 ta’ Lulju, Maurice Piat, isqof ta’ Port Louis, jagħlaq tmenin. Hu kien ta merħba lill-Papa f’Mauritius f’Settembru 2019. Nhar it-18 ta’ Awwissu, Beniamino Stella jagħlaq 80 sena. Huwa l-prefett tal-Kongregazzjoni tal-Kleru u kien president tal-iskola prestiġjuża tad-diplomazija tal-Vatikan. L-aħħar fost dawn il-veterani l-ġodda huwa l-Kardinal Angelo Scola, arċisqof emeritus ta’ Milan u patrijarka ta’ Venezja. Jagħlaq żmienu nhar is-7 ta’ Novembru.
https://www.romereports.com/en/2021/01/03/six-cardinals-to-turn-80-in-2021/
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard.