Fiduċja biex tigwida l-kura tal-morda

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku sejjaħ għar-relazzjoni bbażata fuq il-fiduċja biex tigwida l-kura tal-morda.

Fil-messaġġ tiegħu għad-29 Jum Dinji tal-Morda, l-Papa Franġisku jħeġġeġ triq ta’ fejqan imsejsa fuq relazzjoni ta’ fiduċja w interpersonali bejn il-morda u dawk li jieħdu ħsiebhom. “Soċjetà hija iktar u iktar umana sal-punt li tieħu ħsieb b’mod effettiv il-membri l-aktar fraġli u li qed ibatu, fi spirtu ta’ mħabba fraterna”.

Sabiex niġġieldu l-ipokrezija u l-idolatrija tagħna nfusna, Ġesù jitlobna “nieqfu u nisimgħu, biex nistabbilixxu relazzjoni diretta u personali mal-oħrajn, inħossu l-empatija u l-kompassjoni, u nħallu t-tbatija tagħhom issir tagħna waqt li qed inservuhom”, żżid il-Papa fil-messaġġ tiegħu, li nħareġ mill-Vatikan nhar it-Tlieta 12 ta’ Jannar.

Il-Knisja Kattolika timmarka l-jum annwali tal-11 ta’ Frar, il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes bħala Jum Dinji tal-Morda. Dan ġie istitwit mill-Papa San Ġwann Pawlu II fit-13 ta’ Mejju 1992.

It-tema magħżula għal din is-sena hija: “L-imgħallem tagħkom wieħed hu, w intom ilkoll aħwa” (Mt 23,8), li sejjaħ “għar-relazzjoni bbażata fuq il-fiduċja biex tigwida l-kura tal-morda”. Il-Papa Franġisku jgħid li l-ġurnata annwali “hija opportunità biex tiddedika attenzjoni speċjali lill-morda u lil dawk li jipprovdulhom assistenza u kura kemm fl-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa kif ukoll fi ħdan il-familji u l-komunitajiet”. Il-Qdusija Tiegħu esprima l-qrubija spiritwali tiegħu u tħassib kollu tal-Knisja għal dawk li qed ibatu minħabba l-pandemija tal-coronavirus, speċjalment lill-foqra u l-emarġinati.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-01/pope-francis-world-day-sick-message-2021.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d