Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni
Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2026, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, se jmexxi l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Samuel Aquilina (mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, il-Belt Victoria) u Marlon Victor Bajada (mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem).
Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 21 ta’ Mejju, fit-8.00pm, fil-Grawnd tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Wara, mill-10.00pm sas-7.00am tal-għada, ikompli Lejl ta’ Adorazzjoni b’talb għall-ordinandi fil-Kappella tas-Seminarju Maġġuri.
Kemm l-Ordinazzjoni u kemm il-Velja se jkunu mxandra fuq il-mezzi soċjali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: www.youtube.com/dioceseofgozo u www.facebook.com/gozodiocese.
L-Ordinazzjoni se tixxandar ukoll fuq UTV u Radju Marija 102.3 FM.
