Noħolmu u nħarsu ‘l quddiem!

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jniedi l-Kungress annwali tal-Edukazzjoni Reliġjuża: “Noħolmu u nħarsu ‘l quddiem!”

Wara l-pandemija globali li kellha mpatt fuq il-ħajja ta’ kulħadd, hemm bżonn l-“impenn, is-saħħa u d-dedikazzjoni” ta’ kulħadd biex nibnu għada aħjar.  

F’messaġġ bil-vidjo mibgħut lill-Kungress annwali tal-Edukazzjoni Reliġjuża fl-Arċidjoċesi ta’ Los Angeles, il-Papa Franġisku sostna li wara l-pandemija globali li kellha mpatt fuq il-ħajja ta’ kulħadd, hemm bżonn l-“impenn, is-saħħa u d-dedikazzjoni” ta’ kulħadd biex nibnu għada aħjar.  

“M’hemm l-ebda dubju li qed niffaċċjaw żminijiet diffiċli”, qal il-Papa. “huwa żmien ta’ kriżi. Kemm hu xieraq li s-sejħa tal-Kungress f’dan il-kuntest tkun biex ‘Inxandru l-Wegħda!’ għandna bżonn inħabbru u niftakru li għandna l-wegħda t’Alla, u li Alla dejjem iżomm il-wegħdiet tiegħu.” Il-Qdusija Tiegħu qal li Rridu niftakru wkoll li f’kull mara u raġel, u f’kull ġenerazzjoni ġdida, hemm il-wegħda t’enerġiji relazzjonali, intellettwali, kulturali u spiritwali ġodda”.

Din is-sena timmarka l-65 anniversarju tal-Kungress ta’ Los Angeles, l-ikbar laqgħa annwali ta’ Kattoliċi fl-Amerika ta’ fuq, u qed iseħħ virtwalment taħt il-motto ta’ Nniedu l-Wegħda”. Il-filmat tal-Papa Franġisku ntwera l-Ħamis wara nofsinhar flimkien ma’ messaġġ simili mill-Arċisqof Jose Gomez, li jmexxi l-akbar arċidjoċesi fl-Istati Uniti.

F’messaġġ awdjo-viżiv, il-Papa enfasizza l-ħafna eżempji sbieħ ta’ mħabba mogħtija b’mod liberu w ġeneruż matul ix-xhur li għaddew, waqt li nnota li ħallew marka li ma titħassarx fuq in-nisġa tas-soċjetà, “tgħallimna kemm huwa meħtieġ il-qrubija, l-kura u s-sagrifiċċju biex titrawwem fraternità universali. Kull wieħed ixandar u jwettaq il-wegħda t’Alla”.

Bħalma għamel dejjem sa mill-bidu tal-pandemija tal-koronvirus, il-Papa enfasizza wkoll il-fatt li huwa mpossibli li tibqa’ l-istess wara kriżi. Waqt li kkwota l-enċiklika ‘Fratelli tutti’, huwa esprima t-tamiet tiegħu li d-dinjità ta’ kull persuna umana tirbaħ ma’ “komunità li tappoġġana u tgħinna, li fiha nistgħu ngħinu lil xulxin biex nibqgħu nħarsu ‘l quddiem”. Huwa saħaq: “Kemm huwa mportanti li noħolmu flimkien u nħarsu ‘l quddiem!”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/church-in-the-usa/2021/02/after-perceived-rift-pope-joins-gomez-in-addressing-l-a-congress/

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading