l-Papa dwar il-qtil tal-Ambaxxatur Taljan

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jibgħat telegramma dwar il-mewt tal-Ambaxxatur Taljan fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

F’messaġġ mibgħut permezz ta’ telegramma lill-President Taljan Sergio Mattarella nhar it-Tlieta filgħaxija, l-Papa Franġisku esprima s-sogħba tiegħu dwar l-attakk tat-Tnejn fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo li ħalla l-Ambaxxatur Taljan, Luca Attanasio, uffiċjal tal-pulizija u s-sewwieq Kongoliż tagħhom mejta. It-tlieta kienu qed jivvjaġġaw f’Konvoj tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Papa Franġisku qal fit-telegramma li kien imnikket meta sema’ l-aħbar. “Nagħti l-kondoljanzi mill-qalb lill-familji tagħhom, il-korp diplomatiku, u l-Carabinieri għall-mewt ta’ dawn il-qaddejja tal-paċi”, kiteb.

Il-Papa mbagħad faħħar “ix-xhieda eżemplari” tal-Ambaxxatur Taljan, Luca Attanasio, u qal li huwa persuna eċċellenti u Nisrani. Il-Papa Franġisku nnota wkoll id-dedikazzjoni tal-Ambaxxatur biex “jistabbilixxi relazzjonijiet fraterni u kordjali, biex jerġgħu jistabbilixxu relazzjonijiet sereni u armonjużi fil-qalba tal-pajjiż Afrikan”.

Il-Papa Franġisku ġibed l-attenzjoni wkoll fuq Vittorio Iacovacci, membru tal-Carabinieri Taljani, wkoll maqtul fl-attakk. Huwa ddeskriva lis-Sur Iacovacci bħala “espert u ġeneruż fis-servizz tiegħu li kien se jibda familja ġdida”.

Il-Papa għalaq it-telegramma tiegħu lill-President Mattarella bil-kliem li ġej:

Filwaqt li noffri talb b’suffraġju għall-mistrieħ etern ta’ dawn l-ulied nobbli tan-nazzjon Taljan, inħeġġiġkom biex tafdaw fil-providenza t’Alla. Ħadd mill-ġid miksub ma jintilef f’idejH, iktar u iktar meta jiġi kkonfermat permezz tat-tbatija u s-sagrifiċċju. Lilek, Sur President, lill-qraba u l-kollegi tal-vittmi, u lil dawk kollha li jibku t-telfa tagħhom, nibgħat il-barka tiegħi minn qalbi.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-02/pope-telegram-congo-ambassador-italian-luca-attanasio-killed.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading