COMECE tappella lill-Parlament Ewropew biex jipproteġi l-ħajja kollha

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kummissjoni tal-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) qajmet xi punti fuq ir-riżoluzzjoni li għaddiet f’Novembru 2020, fil-Parlament Ewropew dwar hekk imsejjaħ “dritt” għall-abort fil-Polonja.

Nhar it-Tnejn ħarġet ittra mill-Isqfijiet li kienet indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, David Maria Sassoli, fejn saħqet li l-Knisja Kattolika, tfittex li tappoġġja lin-nisa f’sitwazzjonijiet tal-ħajja li jirriżultaw minn tqala diffiċli jew mhux mixtieqa, kif ukoll “titlob il-protezzjoni u l-kura tal-ħajja kollha fil-ġuf.” “Kull persuna umana hi msejħa minn Alla u teħtieġ protezzjoni meta hi jew hu tkun l-aktar vulnerabbli,” qalu l-Isqfijiet, u żiedu li “salvagwardja speċjali u l-kura tat-tfal, qabel u wara t-twelid huma espressi wkoll fi standards legali internazzjonali nkluż fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.”

Wara deċiżjoni li tieħdet f’Ottubru 2020, mill-Qorti Kostituzzjonali Pollakka li stabbiliet projbizzjoni kważi totali fuq l-abort fil-pajjiż, u li tippremettiha biss f’każijiet ta’ stupru jew inċest, jew meta t-tqala thedded il-ħajja tal-omm. Xahar wara li tieħdet id-deċiżjoni fil-Polonja, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew sejħet biex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jagħmlu aktar biex jappoġġjaw “id-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva”, nkluż l-abort, fl-istati membri kollha u biex jappoġġjaw gruppi u tas-soċjetà ċivili li jrawmu l-istat tad-dritt.

L-Isqfijiet enfasizzaw fl-ittra tagħhom, li la leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea u lanqas il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma jipprovdu għal dritt għall-abort, u konsegwentament iħallu l-kwistjoni f’idejn is-sistemi legali tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea huwa l-prinċipju ta’ konferiment li taħtu l-Unjoni Ewropea tista’ taġixxi biss abbażi ta’ limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati membri fi trattati ffirmati bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tat-trattati msemmija.

Fl-osservazzjoni ta’ dan il-prinċipju, l-COMECE tinnota, li huwa “l-istat tad-dritt li hu rekwiżit”, għaliex kif tindika r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew “ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.” L-Isqfijiet enfasizzaw li l-istess regola tad-dritt “teħtieġ ukoll rispett għall-kompetenzi tal-Istati Membri u l-għażliet magħmula minnhom fl-eżerċizzju tal-kompetenzi esklussivi tagħhom.”

Punt ieħor ta’ tħassib għall-Isqfijiet huwa li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tidher li tistaqsi d-dritt fundamentali għal oġġezjoni tal-kuxjenza, li hija l-bidu tal-libertà tal-kuxjenza msemmija fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, enfasizzaw l-Isqfijiet, huwa partikolarment inkwetanti u m’għandux jiġi promoss, billi f’ħafna każijiet, dawk li joġġezzjonaw mil-kuxjenza, speċjalement fis-settur tal-kura tas-saħħa, huma soġġetti għad-diskriminazzjoni.

Fl-istess ħin, l-Isqfijiet irrimarkaw li b’rispett sħiħ għad-dispożizzjoni legali tar-riferimenti tal-Parlament, f’diversi siltiet tar-Riżoluzzjoni. Għad-dritt għal trattament ugwali u non-diskriminatorju; kienu mħassba li l-prinċipju ta’ non-diskriminatorju jista’ jintuza’ biex iċajpru l-limiti tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea.

Il-COMECE kompliet tenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati d-drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjoni fid-dawl tal-“universalità, nvjolabbiltà, naljenabilità, ndiviżibbiltà w interdipendenza” tagħhom.

L-Isqfijiet esprimew ukoll id-diżapunt għan-nuqqas ta’ kundanna jew espressjonijiet ta’ solidarjetà fir-rigward tal-attakki naċċettabbli fuq Knejjes u postijiet ta’ qima fil-kuntest tal-protesti li rriżultaw mil-liġi fil-Polonja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-02/comece-european-parliament-abortion-life-bishops.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: