Fit-tielet jum taż-Żjara tal-Papa fl-Iraq

Print Friendly, PDF & Email

Fit-tielet Jum taż-Żjara Appostolika, l-Papa iżur l-ibliet Iraqini ta’ Erbil, Mosul, u Qaraqoch

Il-Ħadd, fil-bidu tat-tielet jum tal-Vjaġġ Appostoliku tiegħu għall-Iraq, il-Papa Franġisku tar minn Bagdad lejn Erbil, fejn mal-wasla tiegħu, ġie milqugħ mill-President, il-Prim Ministru tar-reġjun awtonomu tal-Kurdistan Iraqi, kif ukoll mal-awtoritajiet ċivili w reliġjużi. Il-Qdusija Tiegħu kellu laqgħa mal-President u l-Prim Ministru tar-reġjun fil-VIP Lounge Presidenzjali tal-ajruport.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika, ħalla Erbil u telaq lejn Mosul, fejn fiċ-ċentru Hox al-Bieaa, fejn hemm il-fdalijiet ta’ erba’ knejjes u djar imġarfin minħabba l-gwerra, l-Papa Franġisku flimkien man-nies tal-Iraq, talab għall-vittmi kollha tal-gwerra fil-pajjiż u fil-Lvant Nofsani kollu. 

Qabel ma’ ndirizza lill-folla żgħira li kienet miġbura, l-Papa Franġisku ġie milqugħ mill-Arċisqof ta’ Mosul, Najeeb Michaeel. Imbagħad sema’ x-xhieda ta’ saċerdot Kattoliku w Sunni, vittmi tat-terrur li ħakem il-belt ta’ Mosul.

Qabel it-talba tiegħu, l-Papa qasam tliet ħsibijiet:

  • Jekk Alla huwa Alla tal-ħajja  – għax hekk hu – allura huwa ħażin għalina li noqtlu lil ħutna f’ismu.
  • Jekk Alla huwa l-Alla tal-paċi – għax hekk hu – allura huwa ħażin għalina li nagħmlu l-gwerra f’Ismu.
  • Jekk Alla hu Alla tal-imħabba – għax hekk hu – allura huwa ħażin għalina li nobgħodu lil ħutna.

Imbagħad, il-Qdusija Tiegħu stieden lil dawk kollha preżenti, biex jingħaqdu miegħu fit-talb għall-vittmi kollha tal-gwerra, u għal kulħadd. Imbagħad żied jgħid: “Jalla lkoll kemm aħna – tkun xi tkun it-tradizzjoni reliġjuża tagħna – ngħixu f’armonija w paċi, konxji f’għajnejn Alla, aħna lkoll aħwa”.

Wara din il-laqgħa ta’ talb f’Mosul, il-Papa Franġisku qabad il-helikopter u mar biex iżur lill-komunità ta’ Qaraqoch.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-iraqi-kurdistan-erbil-apostolic-journey.html

Kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-apostolic-visit-iraq-prayer-suffrage-war-victims.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d