Iż-żjara tal-Papa fl-Iraq, art li sofriet gwerer, persekuzzjoni, terroriżmu u qerda, għal Professura mill-Università ta’ Bagdad hija “att ta’ mħabba” pura. Waqt li tkellmet ma’ Massimiliano Menichetti, hija tinnota li hemm bżonn ta’ kuraġġ biex tagħmel vjaġġ bħal dak li bħalissa qed jagħmel il-Qdusija Tiegħu lejn “l-art ta’ Abraham”. Hija tgħid li dan “jagħtina kuraġġ”, u jġedded fina “l-ispirtu ta’ mħabba ta’ dan il-pajjiż”. Il-professura kompliet tinnota li mhux biżżejjed li“nibqgħu ngħidu li aħna l-abitanti oriġinali ta’ dan il-pajjiż”. “Irridu nirrealizzaw kemm għeruqna u tassew fil-pajjiż, dejjem niftakru li l-Papa qiegħed magħna.”
Hija kompliet, “Aħna dejjem ħassejna li aħna maħbubin minnu”, mhux biss fit-talb u l-ħsibijiet tiegħu, iżda issa permezz tal-azzjonijiet tiegħu wkoll. Hija tenfasizza l-instabbiltà tas-sitwazzjoni fl-Iraq, speċjalment issa minħabba l-koronavirus. “Huwa ragħaj” li ġie biex jieħu ħsieb il-merħla tiegħu. Hija merħla żgħira fl-Iraq tgħid il-professur, iżda huwa wkoll “ikellem lill-Iraqini kollha, jwassal messaġġ ta’ paċi, ta’ ġustizzja u t’ugwaljanza”.
Fuq livell personali, għal din l-professura, ż-żjara tal-Papa għenitha tirrealizza “kemm hu mportanti għaliha li tibqa’ hawn f’din l-art”. Il-missjoni tagħha, tgħid, bħala professura, hija li tgħin lill-istudenti tagħha jikbru “fl-ispirtu u bħala nies” – “biex tgħinhom jibnu soċjetà aħjar, u flimkien”.
Hija żiedet tgħid li dan huwa messaġġ għall-Iraqini kollha: l-vjaġġ tal-Papa, minkejja d-diffikultajiet tiegħu, mhux se jkun għalxejn. “Ser jagħmel id-differenza kollha, għax il-qlub jiġu kkonvertiti u l-imħuħ jibdew jaħsbu mill-ġdid fuq il-ħsibijiet preċedenti tagħhom”. Iżda, temmet tgħid, “kollox għandu jibda minna”. “Fejn m’hemmx paċi m’hemmx ġustizzja. Il-bidla trid tibda minna”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2021-03/pope-francis-apostolic-visit-iraq-interview-baghdad-professor.html