Wara l-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija ġewwa Ebril, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ missier Alan Kurdi, tifel ta’ tliet snin, li fl-2015 sar simbolu tal-qsim traġiku ta’ migranti fil-Baħar Mediterran, meta għereq barra mill-kosta Torka flimkien m’ommu u ħuh, hekk kif ippruvaw jidħlu fl-Ewropa.
Ir-ritratt tal-ġisem ċkejken mimdud wiċċu ‘l isfel fir-ramel ġie ppubblikat fuq il-midja internazzjonali u ħawwad il-kuxjenza tad-dinja.
Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede tal-Ħadd, żvelat li l-Papa seta’ jitkellem mas-Sur Kurdi bl-għajnuna t’interpretu fit-tielet jum taż-Żjara Appostolika tiegħu fl-Iraq.“Huwa seta’ jisma l-uġigħ ta’ dan il-missier għat-telfa tal-familja tiegħu u esprima l-parteċipazzjoni profonda tiegħu u tal-Mulej fit-tbatija tar-raġel,” intqal fl-istqarrija.
Is-Sur Kurdi esprima l-gratitudni tiegħu lejn il-Papa għall-kliem tiegħu ta’ qrubija għat-traġedja tiegħu u għal dik ta’ dawk l-immigranti kollha li jfittxu l-fehim, il-paċi u s-sigurtà meta jħallu l-pajjiżi tagħhom fir-riskju ta’ ħajjithom.
Is-Sur Kurdi mbagħad ta rigal lill-Papa li kkonsista f’inkwatru b’tpenġija t’ibnu Alan.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-iraq-meeting-alan-kurdi-father-migrants.html