Appell mill-Papa lill-partijiet tas-Sirja

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku jappella lill-partijiet involuti fil-kunflitt tas-Sirja, biex juru sinjal ta’ rieda tajba.

Fil-15 ta’ Marzu 2011, l-inkwiet fost in-nies tas-Sirja sploda. Il-protesti kontra l-gvern Ba’athist tal-President Bashar al-Assad eskalaw f’kunflitt armat wara soppressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet. Issa, 10 snin wara, l-Papa Franġisku għal darb’oħra semma’ leħnu biex juri d-dispjaċir tiegħu dwar il-gwerra u l-ħafna effetti devastanti li din ħalliet fuq il-poplu Sirjan.

Wara t-talba tal-Anġelus, il-Qdusija Tiegħu qal li l-gwerra ċivili fis-Sirja, “kkawżat wieħed mill-agħar diżastri umanitarji ta’ żminijietna.”  “numru bla qies ta’ mejtin u feruti, miljuni ta’ refuġjati, eluf nieqsa, qerda, vjolenza ta’ kull tip u tbatija mmensa għall-popolazzjoni kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabli, bħat-tfal, nisa u l-anzjani,” stqarr il-Papa. Għal dan, il-Papa Franġisku ġedded l-appell tiegħu li ħiereġ mill-qalb għall-partijiet kollha nvoluti fil-kunflitt biex “juru sinjali ta’ rieda tajba, sabiex tkun tista’ tibda tleqq it-tama għall-popolazzjoni eżawrita.”

Huwa talab ukoll lill-komunità internazzjonali biex tipprovdi mpenn “deċiżiv u mġedded” għall-bini mill-ġdid tan-nazzjon, sabiex “ladarba jieqfu l-armi jintużaw, in-nisġa soċjali tkun tista’ titranġa w rikonstruzzjoni w l-irkupru ekonomiku jkunu jistgħu jerġgħu jibdew”.

“Ejjew ilkoll nitolbu lill-Mulej biex it-tbatija kbira fis-Sirja maħbuba w itturmentata tagħna ma tintesiex, u s-solidarjetà tagħna tista’ terġa’ tqajjem it-tama.” U mexxa lill-fidili fit-talba tas-Sliema u Qaddisa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-03/pope-francis-appeal-angelus-syria-10-years-civil-war.html

%d bloggers like this: